Sport Lokali
Sejħa għal dispensa biex ċertu atleti Maltin ‘elite’ jitħallew jittrenjaw

Bħalissa għadejja diskussjoni bejn diversi coaches u ġenituri ta’ atleti Maltin li qed jaraw kif jistgħu jżommu l-livell għoli ta’ taħriġ tat-tfal tagħhom hekk kif kważi l-attivita’ sportiva kollha f’Malta tinsab wieqfa minħabba d-direttivi tal-awtoritajiet tas-Saħħa.

Is-sejħa ġenerali ta’ diversi ġenituri li tkellmu ma’ TVM Sport hi li jixtiequ li l-Awtoritajiet tas-Saħħa joħorġu dispensa speċjali lill-atleti li jinsabu fl-iskema tal-‘elite athletes scheme’ tal-KOM biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu t-taħriġ mal-coaches fuq bażi one on one u mhux fi gruppi. L-akbar sejħa ġejja mill-kamp tat-Tennis, l-Isparar, Ibburdjar u Atletika li kollha huma sport individwali u jista’ jkun prattikat f’dawn iċ-ċirkostanzi b’mod ta’ coaching individwali anke fil-faċilitajiet sportivi.

Minn stħarriġ ulterjuri li għamel TVM Sport jidher li minkejja li ebda dispensa għadha ma’ ħarġet b’mod ufffċjali fil-jiem li għaddew xorta kien hemm numru ta’ atleti li trenjaw mal-coaches tagħhom f’postijiet varji. Ma’ dawn jiżdiedu wkoll numru ta’ Gym Instructors u Personal coaches li qed jadottaw din is-sistema ta’ one on one coaching minn fil-Gym privat bil-bibien magħluqa u kemm fil-miftuħ f’postijiet pubbliċi.

TVM Sport hu infurmat li bħalissa għaddejja diskussjoni bejn SportMalta u s-Supretendent tas-Saħħa publika dwar is-sitwazzjoni tal-Isport f’pajjiżna u jidher li l-ġimgħa d-dieħla se jitħabbru xi miżuri u inizjattivi ġodda.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Baseball & Softball

Il-plejer tal-baseball Felipe Vazquez se jerġa’ jkun akkużat dwar pornografija relatata mat-tfal. Vazquez hu wieħed mill-aktar plejers tal-baseball popolari u segwiet fl-Istati Uniti. Il-plejer mill-Venezwela diġà kellu 20 każ ta’…

Boxing

Il-boxer mondjali Floyd Mayweather qal li kien qed jofri biex iħallas l-ispejjeż kollha tal-funeral ta’ George Floyd, l-Amerikan-Afrikan li nqatel mill-Pulizija ta’ Minneapolis fil-ħin li kien fil-kustodja tagħhom, fil-jiem li…

Rugby

L-Assoċjazzjoni Awstraljana tar-rugby se jneħħu terz mill-impjegti tagħhom biex jilqgħu għall-impatt negattiv li ħalliet il-pandemija tal-COVID-19. L-Assoċjazzjoni Awstraljana tar-rugby ħabru li 47 impjegat minn 142 full-timer se jkunu qed itemmu…

Atletika

Fir-Repubblika Ċeka, wara r-ritorn tat-tennis matul il-ġimgħa li għaddiet, mill-bieraħ irritornat l-atletika bl-edizzjoni ‘Back on Track.’ Diversi atleti Ċeki ħadu sehem fl-ewwel ġurnata ta’ din l-edizzjoni minn meta kollox ġie…

Aktar