Motorsport
Sejħa għall-Voluntiera mill-MMF

Motorsport: Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport qed siejjaħ voluntiera sabiex jingħaqdu mal-familja dejjem tikber tal-Motorsport f’pajjiżna.

Il-Federazzjoni bħalissa qed tfittex individwi biex tmexxi Federazzjoni,bħal Timekeepers, Marixxalli, Clerk of the Course, Stewards, Secretary of the meetings u Organizzaturi ta’ Avvenimenti. Dawk li għad m’għandhomx esperjenza f’karigi bħal dawn jistgħu jingħataw għajnuna u taħriġ, kemm f’Malta u possibilment anke barra.

Il-proġetti attwali tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport jinkludu t-tmexxija tal-Kampjonati Nazzjonali u diversi avvenimenti oħra, inklużi avvenimenti mhux sportivi, mhux kompetittivi kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.