Futbol internazzjonali
Semi Finali UEL: Arsenal jirbħu u Chelsea draw fil-Ġermanja

UEFA Europa League 2018/19
Semi Finali Leg 1

Arsenal…….3
Valencia…..1

Rebħa ta’ 3-1 u vantaġġ komdu qabel it-tieni leg għal Arsenal kontra l-iSpanjoli ta’ Valencia hekk kif issa l-ġimgħa d-dieħla l-Gunners jieħdu magħhom fi Spanja vantaġġ ta’ żewġ goals.

Wara 11 -il minuta Valencia minn fuq b’goal ta’ Mouctar Diakhaby għal 1-0. 18 -il minuta logħob, u Arsenal ġabu d-draw b’goal ta’ Alexandre Lacazette 1-1. L-Istes player Alexandre Lacazette poġġa lil Gunners 2-1 minn fuq fis-26 minuta. Lejn tmiem il-konfront kien Pierre-Emerick Aubameyang li għamel l-iskor finali 3-1.

Eintracht Frankfurt …..1
Chelsea…………………..1

Draw ta’ 1-1 bejn Eintracht Frankfurt u Chelsea fil-Commerzbank Arena ta’ Frankfurt. Kienu l-Ġermaniżi li skorjaw l-ewwel permezz ta’ Luka Jovic għal 1-0, bil-goal tad-draw għal Chelsea skorjat minn Pedro Rodriguez qabel tmiem l-ewwel taqsima.

It-tieni legs jintlagħbu il-Ħamis 9 ta’ Mejju.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

GRUPP B Kolombja 1 Qatar 0 Kien il-gowl ta’ Zapata fis-86 minuta li ta nifs qawwi lill-Kolombjani meta għelbu lill-Qatar bl-iskor ta’ 1-0, biex b’hekk il-Kolombja għandhom il-punti massimi fil-grupp…

Futbol internazzjonali

GRUPP A Spanja 2 Belġju 1 Spanja għelbu lill-Belġju fi Grupp A biex ħadu l-ewwel rebħa wara żewġ logħbiet u żammew iċ-ċans li jgħaddu mill-grupp. Spanja fil-vantaġġ wara biss 7…

Futbol internazzjonali

GRUPP D Ġappun 0 Ingilterra 2 L-Ingliżi għamluhom tlieta minn tlieta fi Grupp D u għaddew b’punti massimi meta għelbu lill-Ġappun bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls waslu wieħed f’kull taqsima mill-istess…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni tal-Football ta’ Spanja ħabbret li Louis Enrique mhux se jibqa’ l-kowċ Nazzjonali ta’ Spanja. Waqt konferenza stampa d-Direttur Sportiv tal-Federazzjoni Jose’ Francisco Molina qal li huma jirrispettaw id-deċiżjoni ta’…

Aktar