International Sports
Sena bogħod mill-Paraolimpjadi…tinxtegħel siġra f’Tokjo

Fil-belt kapitali tal-Ġappun, f’Tokjo, inxtegħlet siġra kbira b’dawl mill-isbaħ, biex tfakkar is-sena bogħod mill-Paraolimpjadi 2021.

Il-Paraolimpjadi kellhom isiru f’dan is-sajf qabel l-Olimpjadi iżda mxew għas-sena d-dieħla minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Il-Paraolimpjadi tas-sena d-dieħla jibdew fl-24 ta’ Awwissu u jintemmu fil-5 ta’ Settembru.

Is-siġra twila 634 metru u tinsta’ tinxtegħel b’kulur aħmar, blu u aħdar li huma l-kuluri sinonimu mal-Paraolimpjadi.

Diversi binja oħra fil-madwar ramaw u xegħlu wkoll b’dawl mill-isbaħ.

L-Olimpjadi ta’ Tokjo s-sena d-dieħla se jkunu qed jibdew ftit qabel, fit-23 ta’ Lulju.

Miktub minn...
TVM Sport