Futbol internazzjonali
Sena ħabs sospiża u multa ta’ miljun ewro għat-Tabib ta’ Fiorentina responsabbli mill-mewt ta’ Davide Astori

Wara tliet snin ta’ investigazzjoni sa minn meta beda l-każ fil-Qorti, it-Tabib ta’ Fiorentina, Giorgio Galanti, intbagħat sena ħabs sospiża.

Skont ma qalet l-investigazzjoni finali, Astori seta’ ġie salvat kieku t-Tobba kellhom aktar attenzjoni, dakinhar li seħħet it-traġedja.

Il-Kap tat-taqsima medika u l-persuna responsabbli ta’ Fiorentina kien proprju Galanti.

Il-captain ta’ Fiorentina kien instab mejjet fil-kamra tiegħu fl-għodwa tal-4 ta’ Marzu 2018 f’lukanda f’Udine, fejn Fiorentina kienu vjaġġaw ġurnata qabel biex jilagħbu l-partita tal-kampjonat kontra Udinese.

Galanti waħel ukoll multa ta’ miljun ewro li jrid iħallas lil ex sieħba u bint Davide Astori, Francesca Fioretti u Vittoria.

Minbarra Giorgio Galanti, għas-smiegħ tas-sentenza kien hemm ukoll Fioretti.

Miktub minn...
TVM Sport