Sena sportiva f’inqas minn siegħa waqt Sports Panorama … illum fis-6pm

Il-lejla fis-6pm edizzjoni speċjali tal-programm Sports Panorama fuq TVM2.

Fil-programm tal-lejla se nagħtu ħarsa lejn l-avvenimenti prinċipali mix-xena sportiva matul l-2013.

Jispikka l-futbol lokali u kif is-sena li waslet biex tintemm kienet is-sena ta’ Birkirkara, dan apparti rendikont sħiħ dwar it-Timijiet Nazzjonali.

Mir-rebħa storika fuq l-Armenia f’Ġunju li għadda, sal-100 logħba bil-flokk Nazzjonali għal Michael Mifsud.

Il-futbol internazzjonali, b’Jupp Heynckes, Alex Ferguson u David Beckham iħallu x-xena, sad-dominju ta’ Bayern Munich li bla dubju l-2013 kienet is-sena tagħhom.

Naturallment mhux biss futbol, fejn lokalment nagħtu ħarsa ukoll lejn dak li ġara fil-Logħob tal-Pajjizi Ż-Żgħar, Waterpolo u Rugby fost l-oħrajn.

Fix-xena nternazzjonali, ħarsa lejn is-success li kellhom din is-sena sportivi bħal Usain Bolt, Rafael Nadal u Sebastian Vettel.

Ma tonqosx ħarsa lejn l-appuntamenti sportivi, li mhumiex ftit ghas-sena 2014 b’mod dirett u esklussiv fuq l-istazzjonijiet tal-PBS.

Sports Panorama il-lejla fis-6pm fuq TVM2.

Miktub minn...
Rodney Vassallo