Local Sports
Sena ta’ programmi u xandiriet ta’ suċċess għal TVM Sport…l-2020 se tkun aħjar

Kienet sena sportiva mill-aqwa fuq l-istazzjonijiet tal-Public Broadcasting Services li fihom xandarna diversi avveniment sportivi ta’ importanza kemm lokali u anki internazzjonali.

Matul is-sena 2019, l-istazzjon nazzjonali kompla jwassal xandiriet diretti tal-partiti mill-Kampjonat BOV Premier u l-FA Trophy kif ukoll il-partiti kollha tat-tim nazzjonali Malti kemm dawk li ntlagħbu fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali u kif ukoll barra mill-pajjiż.

Matul din is-sena TVM2 xandar ta’ priorità avvenimenti kbar fid-dinja tal-futbol bħall-partiti mill-UEFA Champions League, il-UEFA Europa League, is-Super Cup Ewropea, it-Tazza tad-Dinja tan-Nisa, il-FIFA Club World Cup, it-Tazza tad-Dinja ta’ taħt is-17-il sena, il-Kampjonat Ewropew ta’ taħt id-19-il sena, it-Tazza tad-Dinja tal-Beach Soccer u l-partiti mill-Kampjonat Ewropew tal-futsal.

Is-sena 2020 mistennija tkun waħda interessanti wkoll f’dak li hu xandir sportiv fuq l-istazzjon nazzjonali li jilħaq il-qofol tiegħu fis-sajf li ġej bix-xandir dirett tal-partiti kollha tal-kampjonat Ewropew tal-futbol, l-EURO 2020 u programm speċjali ta’ kuljum, qabel u wara l-partiti.

Minn Jannar stess, TVM2 se jkun qed ixandar dirett il-partiti mill-kampjonat Ewropew tal-waterpolo 2020 tat-tim nazzjonali, dirett minn Budapest, fl-Ungerija. U f’Jannar stess, TVM2 se jxandar dirett il-partiti mit-Tipsport Tournament li se jsir f’pajjiżna bejn erba’ timijiet mir-Repubblika Ċeka.

Matul is-sena 2020 ikomplu wkoll il-partiti diretti mill-kampjonat BOV Premier u l-FA Trophy, il-partiti mill-UEFA Champions League u l-UEFA Europa League u tirritorna t-tieni edizzjoni tal-UEFA Nations League bil-partiti tat-tim nazzjonali Malti.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Local Sports

U fl-isfond tal-aħħar deċiżjoni tal-Gvern li jingħalqu l-iskejjel anke SportMalta ħadet id-deċiżjoni li twaqqaf momentarjament is-sessjonijiet tal-programmi kollha On The Move. Din id-deċiżjoni qed taffetwa xejn inqas minn sebat elef…

Local Sports

Konferma li ż-żewġ logħbiet ta’ ħbiberija tat-team Nazzjonali Malti tal-football kontra l-Ġibilita u l-Ażerbajġan ġew ikkanċellati. Dan ifisser li d-debutt bħala kowċ tat-team Nazzjonali għat-taljan Devis Mangia se jkollu jistenna…

Local Sports

Tmiem il-ġimgħa f’Malta u fl-Ewropa se jkun wieħed stramb ħafna għal dawk kollha dilettanti tal-isport lokali u internazzjonali. L-attivitajiet sportivi kollha ġew posposti minħabba l-alerti tal-coronavirus li hawn imxerred ma’…

Local Sports

Il-Games of the Small States of Europe (GSSE) Media Working Group, li twaqqaf f’Jannar 2019 f’Lausanne waqt l-Assemblea Ġenerali tal-AIPS, iltaqa’ għat-tieni darba waqt il-Kungress tal-AIPS li sar f’Budapest, fl-Ungerija,…

Aktar