Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: it-tieni rebħa konsekuttiva għal Senglea

Mosta………..0

Senglea A…..3

Fl-ewwel logħba tas-Sibt fil-Hibernians Stadium, Senglea Athletic ħadu t-tieni rebħa fit-tieni round u t-tieni rebħa infila fil-Kampjonat BOV Premier, meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 3-0. S’issa, is-sena 2019, kienet waħda verament pożittiva għat-tim ta’ Senglea meta rebħu logħba wara l-oħra u mill-aħħar post spiċċaw laħqu lil Pietà Hotspurs u jinsabu biss żewġ punti taħt l-istess Mosta li b’din it-telfa komplew jipperikolaw il-pożizzjoni tagħhom.

Sa mill-bidu tal-logħba Senglea ħarġu b’saħħithom u kellhom bżonn biss 4 minuti sabiex fetħu l-iskor. Kien Augusto Caseres li rċieva l-ballun fil-kaxxa u b’xutt angolat tefa’ fix-xibka għal 1-0. Mal-kwarta logħob kellu jkun Vella mgħejjun mil-lasta li żamm lill-Athletic milli jirduppjaw meta l-freekick tajjeb ta’ Venancio spiċċa finalment maqlugħ ′il barra. Fit-23 minuta l-cross ta’ Grech għal Senglea spiċċa wkoll ħabat mal-wieqfa bl-azzjoni titwaqqaf mir-referee għal foul.

Fit-52 minuta Senglea skurjaw ieħor Kien il-cross ta’ Grech mil-lemin, Romulo Silva Santos għola tajjeb u bir-ras tefa’ wara Vella għal 2-0. Fid-59 minuta Senglea rnexxilhom iżommu l-lasta intatta, l-ewwel permezz tas-save tal-goalkeeper Farrugia fuq Angan, imbagħad ix-xutt ta’ Brincat kien maqlugħ mid-difiża. Fit-63 minuta Vella minn mal-art tajjar fuq il-freekick ta’ Venancio u żewġ minuti wara Senglea skurjaw it-tielet. Kien il-bdil tal-ballun bejn Venancio u Matias Nicolas Garcia, b’dan tal-aħħar jitfa’ l-ballun fix-xibka u prattikament jagħlaq il-logħba għall-Isla.

 Riżultat finali: Mosta 0  Senglea A. 3

BOV Player tal-Logħba: Diego Venancio

Referee: Glen Tonna

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Inant illum ġew uffiċjaliżżati wkoll il-fixttures tat-tieni round ta’ kwalifikazzjoni kemm tal-Uefa Champions u l-Europa League fejn se jkunu fl-azzjoni Valletta u Gżira United. Dawn il-logħbiet se jintlgħabu hekk: Fil-UEFA…

Futbol lokali

Domzale 1  Balzan 0 (agg. 5-3) Balzan sfaw eliminati mill-UEFA Europa League meta fil-logħba ta’ ritorn fl-Islovenja huma tilfu bl-iskor ta’ 1-0, bl-aggregate ikun 5-3. Il-gowl uniku li ddeċieda din…

Aktar