Futbol lokali
FILMAT: Senglea jieħdu draw wara li kienu żewġ goals minn taħt

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Balzan ………..2

Senglea……….2

L-ewwel azzjoni tal-partita tasal mal-11 -il minuta logħob liema azzjoni rat lil Balzan imorru fil-vantaġġ meta foul fil-kaxxa ta’ Olberkis fuq Correa Duarte bir-referee Alan Mario Sant viċin tal-azzjoni jordna foul mill ħdax -il metru li inkariga minnu Majdevac bil-ballun jispiċċa fir-rokna ta’ xibka.

Fis-26 minuta u tasal l-ewwel azzjoni ta’ Senglea meta pass ta’ Manolito Micallef lejn Do Nascimento li min barra l-kaxxa ra x-xutt tiegħu jispiċċa barra.

39 minuta Balzan fil viċin li jirduppjaw meta freekick ta’ Steven Pisani ballun jispiċċa għand Loof li bir-ras ra l-ballun jiġi kklerjat minn Todorovic liema ballun jispiċċa f’saqajn Dimic li mill viċin jitfa’ l-ballun barra.

Tmiem l-ewwel taqsima Balzan 1 Senglea 0.

Fis-63 Minuta Balzan jirduppjaw meta azzjoni personali ta’ Majdevac li qabeż il-player ta’ Senglea u xutt minn barra l-kaxxa ballun jispiċċa fix-xibka wara l-goaler ta’ Senglea Farrugia.

Fil-71 minuta għal darba oħra Balzan meta xutt ta’ Paul Fenech minn barra l-kaxxa jsalva mingħajr diffikulta’. 

Fit-73 minuta corner għal Senglea ballun lejn Texeira li bir-ras ra l-ballun jaħbat mal-minduda u jispiċċa barra.

Fis-76 minuta Senglea jnaqqsu d-distakk meta r-referee Alan Mario Sant jordna t-tieni penalty tal-partita hekk kif il-gowler ta’ Balzan Sean Mintoff jghamel foul fuq Dembele jinkariga mill-penalty Manolito Micallef fejn mill-ħdax il-metru tefa’ l-ballun fin-nofs tax-xibka.

Mad-90 Senglea jiksbu l-goal tad-draw meta cross ta’ Jan Tanti bill ballun jispiċċa fuq ras Texeira li mill-viċin tefa’ fix-xibka.

Riżultat finali Senglea 2 Balzan 2.

Player tal-logħba Andrija Majdevac (Balzan)

Referee: Alan Mario Sant

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Masters football: F’Tournament internazzjonali f’Londra il-bieraħ telfa ta’ 4-2 għas-selezzjoni Maltija kontra Royal Marines. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien dak ta’ 2-2 iżda l-Maltin qalgħu żewġ goals oħra fit-tieni…

Futbol lokali

Grupp F – Logħob ta’ Kwalifikazzjoni EURO 2020 Spanja………..7 Malta…………0 Spanja saħħew posthom fil-quċċata ta’ Grupp F meta mingħajr ebda diffikulta’ għelbu lil Malta bl-iskor kbir ta’ 7-0. It-tieni 45…

Futbol lokali

Thabbret il-mewt ta’ Dominic Grech li kellu 64 sena. Dumink, kif kien maghruf ma’ dawk li jsegwu l-futbol Ghawdxi, beda il-karriera ma’ Victoria Hotspurs fl-aħħar tas-snin sittin u baqa’ plejer…

Futbol lokali

Il-plejer ta’ St Venera Lightnings, Yau-Mun Law, inħareġ mill-isptar u jinsab lura d-dar mal-familja. TVM Sport jista’ jikkonferma din l-aħbar li wkoll dehret uffiċjalment fuq il-paġna ta’ facebook tal-klabb. Is-saħħa…

Aktar