Futbol lokali
Senglea jiksbu l-ewwel punt tagħhom dan l-istagun u Balzan fl-ewwel post

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Pieta H. ….1

Senglea A…1

Wara 5 minuti logħob xutt fil- baxx ta’ Romani Tcanturia ġie salvat faċilment minn Nicky Vella. Fil 15 –il minuta ħarba ta’ Paul Chimezie li baqa’ javvanza lejn il-lasti avversarja iżda xutt finali tiegħu ġie imblukkat minn Farrugia, pero’ minuta wara Pieta’ marru fil-vantagg, il-kross ta’ Jan Busuttil daħal tajjeb Chimezie u b’daqqa ta’ ras tefa’ l-ballun wara Farrugia. Fis-27 minuta xutt mid-distanza ta’ Nicholas Pisani u Farrugia dawwar f’korner. Minuta wara xutt ieħor mil-bogħod ta’ Matias Garcia li l-goalkeeper Vella salva f’darbtejn. Minuta qabel għalqet l-ewwel taqsima Pieta kellhom ċans fejn iżidu l-skor meta Pisani kompla lejn Jan Busuttil bix-xutt ta’ dan stampa mal–lasta Sengleana bil-goalkeeper Farrugia megħlub għal kollox.

Fit-tieni taqsima l-partita kienet aktar kwieta. Fis-56 minuta free-kick għal Senglea li ngħata minn Ferdinando Salvati li Vella salva tajjeb mal-art. Fis-70 minuta Pieta’ reġgħu laqtu l-lasti avversarja meta xutt ta’ Chimezie għeleb lil Farrugia pero’ l-ballun ħabat ma’ sieq il-lasta. Seba’ minuti mit-tmiem l-Isla kisbu d-draw f’din il-partita meta free-kick mill-isbaħ ta’ Ferdinando Salvati għeleb għall kollox lil Nicky Vella.

BOV Player tal-partita : Jan Busuttil (Pieta H.)

Referee: Fyodor Zammit.

Balzan FC……3

Mosta FC…….1

Balzan FC temporanjament weħidhom fl-ewwel post.

U f’logħba oħra rebħa għal Balzan fuq Mosta. Fit 13 –il minuta Balzan marru fil vantaġġ meta xutt b’saħħtu ta’Alex Da Paixao Alves bil-ballun jaħbat mal-lasta minduda u jispiċċa wara linja. Fis 17 -il minuta Mosta kisbu l-goal tad- draw,wara azzjoni ta’ free-kick il-ballun spiċċa għand Tyrone Farrugia li b’xutt b’saħħtu għeleb lil Sultana għal skor 1-1. Fl-24 minuta free kick għal Mosta ġewwa l-penalty area ta’ Balzan bix-xutt ta’ Alessio De Cerchio jiġi imblukkat f’korner fost protesti għall-penalty mill-players Mostin. Fit-33 minuta kross ta’ Ivan Bozovic u daqqa ta’ ras ta’ Alfred Effiong tispiċċa ftit għoli. Żewġ minuti wara Balzan reġgħu marru fil-vantagg meta Andrija Majdevec kompla fin-nofs, daħal bil-ġirja Da Paixao Alves u mil-viċin għeleb lil Andreas Vella.

Wara biss 5 minuti mil-ftuħ ta’ tieni taqsima Balzan komplew iżidu l-iskor, wara azzjoni ta’ korner mogħti minn Lepovic qamet taħwida taħt il-lasti ta’ Vella daħal Uros Ljubomirac u mill-viċin tefa’ l-ballun ġewwa. Fl-64 minuta Milos Lepovic baqa’ javvanza pero xutt finali tiegħu spiċċa barra. Lejn it-tmiem Mosta għamlu reazzjoni biex jerġgħu jidħlu fil-logħba pero’ Balzan ikkontrollaw tajjeb sal-aħħar.

Riżultat finali: Balzan FC 3 v Mosta FC 1.

Referee: Jude Amin Utulu.

BOV Player tal-Logħba : Alex Da Paixao Alves (Balzan FC).

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Floriana……4 Tarxien R….0 Floriana, b’zewġ gowls f’kull taqsima, jiksbu rebħa fundamentali għalihom, fuq it-tim ta’ Tarxien. Partita li Floriana kellhom il-kontroll għal ħafna ħin, b’Tarxien li…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Senglea A……0 Birkirkara…..2 Birkirkara qabżu temporanjament waħedhom fil-ħames post tal-Kampjonat BOV Premier, b’logħba iktar minn Balzan u Ħamrun Spartans, b’rebħa meritata ta’ 2-0 fuq Senglea Athletic:…

Futsal

Goals u riżultati mill-aħħar ġurnata tal-kampjonat Malta FA Futsal League 2018/19.

Futbol lokali

IASC Staġun 2018/19 Riżultati tal-Ħadd Msida Red Stars – Hamrun Liberty 0-2 Mosta Gunners – Floriana Ajax 5-0 Burmarrad AFC – Żejtun Red Stars 1-3 Klassifika: 1. Burmarrad AFC 5 …

Aktar