Sport Lokali
FILMAT BOV Premier: Senglea u Valletta spiċċaw fi dro

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Valletta ………3

Senglea ………3

F’logħba verament sabiħa, Senglea u Valletta spiċċaw fi dro ta’ 3-3.

Senglea onoraw il-memorja tal-eks president tagħhom Benny Casha li miet f’nofs din il-ġimgħa. Valletta għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari sa mill-bidu u marru fil-vantaġġ wara biss erba’ minuti. Kien korner qasir li ngħata bid-difiża Sengleana tkun xi ftit inċerta f’din iċ-ċirkostanza sabiex daħal Matteo Piciollo li xeħet il-ballun fix-xibka.

Ftit minuti wara kien hemm azzjoni ta’ kontrattakk ta’ Senglea b’Leighton Grech li jixxuttja bil-ballun imur barra. Fis-16-il minuta, azzjoni ta’ frikik ta’ Senglea u Mehdi El Sidqi għal ftit ma laħaqx il-ballun jispiċċa barra. Fil-21 minuta cross shot ta’ Enmy Pena Beltre għal Valletta u Matthew Farrugia laqa’ b’ċertu diffikultà.

Fit-23 minuta Senglea Athletic iġibu l-iskor indaqs meta kienet azzjoni tajba ta’ Diego Venancio li avvanza u b’xutt sabiħ minn barra l-kaxxa għeleb għal kollox lil Henry Bonello. Fit-33 minuta frikik ta’ Miguel Angel Alba, ċentrali bil-ballun jiġi milqugħ b’mod komdu minn Matthew Farrugia. Valletta reġgħu marru fil-vantaġġ fis-36 minuta meta wara kross ta’ Alba kien Mehdi El Sidqy illi fit-tentattiv li jikklerja bir-ras, xeħet fix-xibka tiegħu stess sabiex qarraq għal kollox bil-keeper Farrugia.
Mal-45 minuta kien Fontanella li xeħet il-ballun barra wara azzjoni ferm tajba sabiex sekondi wara Matthew Farrugia laqa’ tajjeb xutt mill-viċin ta’ Kaljevic.
Bl-ewwel taqsima tagħlaq b’Valletta 2-1 minn fuq.
U mal-ftuħ tat-tieni taqsima, Senglea jġibu l-iskor indaqs meta wara azzjoni veloċi, il-ballun wasal għand Augusto Rene Caseres li mill-viċin għeleb għat-tieni darba lil Bonello.

Fis-56 minuta daqqa ta’ Augusto Rene Caseres għal Senglea bil-ballun kemm kemm għoli. Bejn l-64 u l-65 minuta, Senglea kienu ferm viċin li jiskorjaw darbtejn iżda xutt fil-baxx ta’ Marukawa spiċċat ċentimetri barra filwaqt li daqqa ta’ ras ta’ Caseres sekondi wara tispiċċa mal-mimduda. Fit-82 minuta, Senglea skorjaw gowl ferm sabiħ. Kien frikik perfett u b’saħħtu ta’ Diego Venancio li għeleb lil Bonello għat-tielet darba f’din il-partita.

Madankollu Valletta ġabu l-iskor indaqs fit-88 minuta meta wara azzjoni ta’ frikik inqalgħet taħwida fil-kaxxa u approfitta Kyran Nwoko li f’lasta vojta tefa’ l-ballun fix-xibka.

Riżultat Finali: Valletta  3-3  Senglea Athletic

BOV Plejer tal-Logħba kien Augusto Rene Caseres ta’ Senglea Athletics

Referi kien Malcolm Spiteri.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Taħt għajnejn il-coach Lars Olsen, illum wara nofsinhar is-sessjoni uffiċjali ta’ taħriġ ta’ lejlet il-partita tal-iskwadra tal-Gżejjer Faroe fuq il-ħaxix tal-Istadium Nazzjonali. Fil-mikrofonu ta’ TVMSport, Olsen wera ruħu k unfidenti minn…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ nazzjonali Silvio Vella rebaħ l-ewwel partita kontra t-Turkmenistan bi skor ta’ 2-1. Il-gowls ta’ Malta ġew skurjati minn Zachary Brincat u…

Futbol lokali

Malta tilgħab l-ewwel partiti minn Grupp F tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2020 għada s-Sibt kontra l-Gżejjer Faroe. Din se tkun l-ewwel partita minn tnejn fi tlett ijiem għat-tim nazzjonali. Ray Farrugia,…

Hockey

Il-Ħadd jiftaħ it-tielet u l-aħħar round tal-kampjonat bil-logħba Rabat kontra White Hart fid-9:00am waqt li fl-11.00am hemm il-logħba ferm mistennija bejna Qormi Daikin u Sliema Hs. Logħba, li għalkemm mhux…

Aktar