Waterpolo
Sergio Afric m’għadux kowċ ta’ Sliema ASC, jinħatar Beto floku

Il-Club tal-waterpolo Sliema ASC ħabbar li Sergio Afric m’għadux il-kowċ tat-tim tal-kbar tagħhom. Il-Club għamel din l-aħbar uffiċjali l-bieraħ filgħaxija stess wara l-logħba li t-team lagħab u rebaħ kontra Valletta fil-fażi tal-cross overs.

Sliema rebħu din il-logħba 19-9 kontra Valletta iżda d-deċiżjoni tal-kumitat ta’ Sliema jidher li kienet ittieħdet minn qabel.

Intant TVM Sport jifhem li Sliema kienu qed jaħsbu li jitolbu lil Christian Presciutti l-kowċ attwali ta’ Ta’ Xbiex sabiex jingħaqad magħhom iżda fl-aħħar siagħat huma bdew negozjati ma’ kowċ ieħor barrani biex jiġi Malta għall-kumplament tal-istaġun. Dan hu Alberto Fernández Abellán li diġa wasal Malta. Dan il-kowċ hu magħruf fix-xena tal-waterpolo lokali bħala ‘Beto’.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.