Futbol internazzjonali
Sergio Aguero pożittiv għall-COVID-19

L-attakant ta’ Manchester City Sergio Aguero kkonferma li jinsab pożittiv għall-COVID-19.

Aguero kkonferma fuq twitter li jinsab f’iżolament peress li l-aħħar test li għamel irriżulta fil-pożittiv.

Aguero ma kienx fit-tim għall-aħħar erba’ partiti li lagħbu Manchester City, inkluż il-partita tal-Erbgħa kontra Aston Villa.

CIty jmisshom jilagħbu fir-raba’ rawnd tal-FA Cup kontra Cheltenham Town għada.

Miktub minn...
TVM Sport