Futbol internazzjonali
Serie A: Atalanta fit-tielet post wara rebħa fuq Sampdoria, rebħiet ukoll għal Roma u Napoli

Atalanta 2   Sampdoria 0

Atalanta kellhom jistennew sal-aħħar kwarta biex għelbu lil Sampdoria 2-0 u b’hekk qabżu lil Inter fil-klassifika tas-Serie A. Kien Toloi li fetaħ l-iskor fil-75 minuta u Muriel għalaq il-logħba fil-85 minuta meta għamilhom 2-0. Din kienet l-20 rebħa għal Atalanta u saħansitra telgħu fit-tielet post, 2 punti aktar minn Inter li iżda għandhom logħba inqas u żewġ punti taħt Lazio.

 

Genoa 1   Napoli 2

Napoli ħadu t-tliet punti kontra Genoa biex tefgħuhom f’aktar inkwiet għax meta fadal 7 logħbiet għal tmiem l-istaġun, Genoa jinsabu t-tielet mill-aħħar. Napoli fetħu l-iskor eżatt qabel il-mistrieħ permezz ta’ Mertens, wara li kmieni fil-logħba kellhom gowl imħassar b’deċiżjoni tal-VAR meta Elmas kien aġġudikat li mess il-ballun b’idu.

Genoa ġabu l-iskor indaqs fid-49 minuta permezz ta’ Goldaniga, imma Lozano skorja l-gowl tar-rebħa għal Napoli fis-66 minuta u għamilhom 2-1.

 

Roma 2   Parma 1

Fl-Olimpico, Roma kellhom jiġu minn gowl minn taħt biex dawru r-riżultat u rebħu 2-1. Kien il-penalty ta’ Kucka li poġġa lil Parma minn fuq wara 9 minuti, imma Mkhitaryan għamel l-iskor 1-1 fit-43 minuta. Fit-tieni taqsima Roma pressaw għall-gowl tar-rebħa u fis-57 minuta Veretout sab ix-xibka u għamilhom 2-1 u hekk baqgħu sat-tmiem biex Roma żammew il-pass ma’ Napoli u t-tnejn li huma għandhom 51 punt.

 

F’logħbiet oħra:

Fiorentina  0-0  Cagliari

Bologna  1-2  Sassuolo

Torino  3-1  Brescia

 

Illejla jintlagħbu żewġ logħbiet mis-Serie A:

19:30 Spal – Udinese

21:45 Verona – Inter

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho ftiehem ma’ Manchester United dwar il-paga li ser jaqla’ f’Old Trafford. Iż-żagħżugħ t’20 sena għamilha ċara ma’ Dortmund li jixtieq jirritorna l-Ingilterra matul dan…

Futbol internazzjonali

Wara tant stennija, u wara li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa twasslu għat-tmiem tagħhom ħafna iktar tard mis-soltu, din il-ġimgħa sa fl-aħħar jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-clubs li kien ilhom sospiżi minn…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football, il-FIFA, iddeskriviet id-deċiżjoni tal-awtoritarjiet Żvizzeri li jiftħu proċeduri kriminali kontra l-President Gianni Infantino bħala assurda. Il-każ huwa dwar laqgħat li Infantino kellu mal-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber….

Futbol internazzjonali

Lecce 3   Parma 4 Lecce tilfu l-aħħar logħba tagħhom fis-Serie A meta laqgħu għandhom lil Parma u tilfu 4-3. Parma fetħu żewġ gowls vantaġġ qabel in-nofs siegħa logħob meta l-ewwel…

Aktar