Futbol internazzjonali
Serie A: Atalanta jdawru r-riżultat, Sampdoria jitilfu f’darhom

Futbol internazzjonali, kampjonat Taljan, Serie A:

Draw ta’ 1-1 bejn Bologna u Genoa fil-partita li bdiet kmieni wara nofsinhar. Mattia Destro fetaħ l-iskor għal Bologna wara 17-il minuta logħob u Luka Lerager ġab id-draw għal Genoa fit-33 minuta.

Telfa xejn mistennija għal Sampdoria li f’darhom kontra Frosinone tilfu bi skor ta’ 1-0 bil-gowl tar-rebħa jasal minn Ciofani fil-25 minuta.

Fiż-żewġ partiti l-oħra li ntlagħbu wara nofsinhar, Atalanta dawru gowl minn taħt kontra Spal u rebħu bi skor ta’ 2-1 filwaqt li Torino għelbu lil Udinese bi skor ta’ 1-0.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Missier Neymar Jr xejjen kull spekulazzjoni li ibnu jista’ jerġa’ jingħaqad mat-tim ta’ Barcelona fi Spanja u ċaħad li sar xi kuntatt mat-tim Katalan dwar possibilment trasferiment fis-sajf li ġej….

Futbol internazzjonali

Fis-San Paolo, Napoli fallew milli għallinqas iżommu l-istakk distakk li għandhom taħt Juventus meta spiċċaw dro mat-Torino bl-iskor ta’ 0-0. F’logħba pjuttost nervuża u kkaratteriżata minn tmien karti sofor, iċ-Ċelesti…

Futbol internazzjonali

Il-leġġenda Sir Alex Ferguson ser jerġa’ jkun fuq il-bank imexxi lit-tim ta’ Manchester United għal darb’oħra, fl-20 anniversarju minn meta r-Red Devils kienu rebħu l-finali drammatika tal-UEFA Champions League kontra…

Futbol internazzjonali

Mill-FA Cup fl-Ingilterra, fil-ħames round li qiegħed jintlagħab fi tmiem din il-ġimgħa, ilbieraħ kellna tliet timijiet oħra li għaddew għall-fażi li jmiss ta’ din il-kompetizzjoni. Brighton 2 Derby 1 Fl-ewwel…

Aktar