Futbol internazzjonali
Serie A: Atalanta jersqu punt biss taħt Inter u Napoli jilħqu lil Roma

Inter 1   Bologna 2

Fil-Giuseppe Meazza, Inter sfaw megħluba minn Bologna bl-iskor ta’ 2-1, f’logħba li ż-żewġ naħat spiċċaw jilagħbu b’għaxra. Kien Lukaku li poġġa lin-neroazzurri minn fuq fit-22 minuta, u l-logħba dehret li ġejja għat-telgħa għal Bologna meta tkeċċa Soriano kważi mas-siegħa logħob b’karta ħamra diretta.

Martinez falla ċ-ċans li jirdoppja għal Inter fit-62 minuta meta falla penalty, b’Juwara jiskorja l-gowl tad-draw għal Bologna fl-74 minuta. Inter spiċċaw ukoll bi plejer inqas fis-77 minuta meta Bastoni tkeċċa bit-tieni karta safra u Barrow skorja l-gowl tar-rebħa għal Bologna fit-80 minuta.

B’din it-telfa Inter fallew iċ-ċans li jitfgħu aktar pressjoni fuq Lazio li anke huma ħarġu telliefa s-Sibt u d-distakk bejniethom għadu ta’ 4 punti. Min-naħa l-oħra n-neroazzurri issa għandhom pressjoni minn Atalanta li jinsabu biss punt taħthom.

 

Cagliari 0   Atalanta 1

Logħba li kienet ikkaratterizzata minn gowl imħassar u tkeċċija għal Cagliari sarrfet f’rebħa għal Atalanta, bl-azzjonijiet kollha jseħħu fl-ewwel taqsima. Cagliari kellhom gowl imħassar bil-VAR fit-12-il minuta meta Simeone tefa’ ġewwa imma deher li mess il-ballun b’idu fil-proċess u allura l-gowl ma kienx ikkonvalidat. Carboni lanqas biss għamel nofs siegħa fil-grawnd meta dabbar karta safra wara ħames minuti u t-tieni waħda fis-27 minuta biex mar jinħasel kmieni ħafna qabel sħabu. Il-gowl t’Atalanta wasal mill-penalty ta’ Muriel fis-27 minuta.

 

Napoli 2   Roma 1

It-tielet telfa konsekuttiva għal Roma meta din id-darba marru fis-San Paolo u tilfu kontra Napoli 2-1. Il-forma preżenti ta’ Roma tista’ ttellifhom iċ-ċans li jikkompetu fl-Ewropa fl-istaġun li ġej meta Milan issa jinsabu biss 2 punti warajhom.

Napoli fetħu l-iskor fil-55 minuta permezz ta’ Callejon, imma ħames minuti wara Roma ġabu d-draw minn Mkhitaryan. Napoli baqgħu jippressaw biex fit-82 minuta Insigne sab ix-xibka u ta tliet punti importanti lit-tim tiegħu li permezz tagħhom laħqu lill-istess Roma fil-klassifika.

 

F’logħbiet oħra:

Brescia  2-0  Verona

Parma  1-2  Fiorentina

Sampdoria  3-0  Spal

Udinese  2-2  Genoa

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Atalanta – PSG Fl-ewwel kwartifinali tal-UEFA Champions League, Atalanta ser jilagħbu kontra PSG f’eliminazzjoni diretta. Il-logħba ser tintlagħab fl-Estadio da Luz, f’Lisbona, il-Portugall. Atalanta deħlin għal dan il-konfront wara erba’…

Futbol internazzjonali

Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna u Sevilla ta’ Spanja għamluha għas-semifinali tal-UEFA Europa League ta’ dan l-istaġun meta fil-kwarti tal-finali għelbu lil Basel tal-Iżvizzera u lil Wolves tal-Ingilterra, rispettivament. Shakhtar Donetsk rebħu…

Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Aktar