Futbol internazzjonali
Serie A: Atalanta jirbħu lin-Napoli fis-San Paolo u jibqgħu jittamaw f’post fiċ-Champions League

Atalanta għadhom qegħdin jittamaw li jakkwistaw post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej wara li lbieraħ filgħaxija għelbu lin-Napoli bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Napoli li fetħu l-iskor fit-28 minuta meta Dries Mertens fajjar xutt li għeleb lill-goalkeeper avversarju u poġġa lit-tim tiegħu minn fuq fis-San Paolo, 1-0. Fit-tieni taqsima l-Atalanta pruvaw iwettqu reazzjoni u mad-69 minuta sabu x-xibka biex ġabu l-gowl tad-draw. Kien Duvan Zapata li b’xutt sabiħ tefa’ fix-xibka biex għamilhom 1-1. Mat-80 minuta l-Atalanta skurjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa meta Zapata tefa’ ballun lejn Mario Pasalic li approfitta minn indeċiżjoni fil-kaxxa avversarja u tefa’ fix-xibka għal 2-1 u hekk baqgħu sat-tmiem.

B’din ir-rebħa l-Atalanta telgħu b’56 punt, l-istess daqskemm għandhom Milan, imma b’differenza ta’ gowls inferjuri għar-Rossoneri. Xorta waħda, Atalanta għadhom b’ċans b’saħħtu li jakkwistaw ir-raba’ post fil-klassifika, li jfisser parteċipazzjoni fl-aqwa kompetizzjoni tal-klabbs Ewropea.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol internazzjonali

Skont il-manager ta’ Tottenham Hotspur, Mauricio Pochettino, it-tim li jirnexxielu jżomm kompost fil-grawnd u ma jħallix l-emozzjonijiet jiġru bih, se jirbaħ il-finali taċ-Champions League fl-1 ta’ Ġunju li ġej. Skont…

Futbol internazzjonali

Polonja 0 Kolombja 2 Il-pajjiż ospitu, il-Polonja, bdew l-esperjenza tagħhom f’din it-Tazza tad-Dinja fuq sieq waħda meta fil-logħba inawgurali tilfu kontra l-Kolombja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls tal-Kolombja kienu skurjati wieħed…

Futbol internazzjonali

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin…

Aktar