Futbol internazzjonali
Serie A: Buffon jgħid “le” lil Leeds United…possibbiltà kbira li jmur lura ma’ Juventus

Gianluigi Buffon, l-ex goalkeeper ta’ Juventus u tat-tim nazzjonali Taljan, fil-jiem li ġejjin jista’ jirritorna f’daru, maċ-champions Taljani.

Din l-aħbar ikkonfermaha SIlvano Martina, l-aġent ta’ Buffon li mal-istazzjonijiet Taljani ta’ Mediaset ikkonferma li l-possibbiltà teżisti u kif jekk Mattia Perin jiddeċiedi li jitlaq.

Fil-jiem li għaddew, Buffon beda jissemma li jista’ jingħaqad ma’ Leeds United fl-Ingilterra.

Sezzjoni oħra tal-media Taljana kkonfermaw li Perin talab lil Juventus biex jiċċaqlaq u diġà ftiehem ma’ klabb ieħor tas-Serie A li se jkun qed jiġi trasferit miegħu.

Buffon kien telaq lil Juventus fi tmiem l-istaġun 2017/18 biex ingħaqad ma’ Paris St Germain fi Franza fejn lagħab fl-aħħar staġun.

Jidher li din l-idea li Buffon jirritorna ma’ Juventus għoġbot ħafna wkoll lill-President Andrea Agnelli li min-naħa tiegħu lest joffri kuntratt ta’ sena lil Buffon u kariga ta’ diriġent mal-klabb hekk kif jintemm l-istaġun li ġej.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Eku tal-każ ta’ allegat stupru ta’ Cristiano Ronaldo. Każ magħluq għall-investigaturi hekk kif il-prosekuzzjoni u l-pulizija ta’ Las Vegas qalu li ma hemmx provi biżżejjed sabiex il-player Portugiż jiffaċċja proċeduri…

Futbol internazzjonali

Il-Manchester United Supporters Club se jkun qed jiċċelebra s-sittin sena anniversarju sa mit-twaqqif tiegħu f’Malta permezz ta’ sposnor ġdid hekk kif il-kumanija IZIBET u l-Club għadhom kif ffirmaw ftehim ta’…

Futbol internazzjonali

Arsenal huma mistennija li jkomplu jkunu attivi matul dan is-suq tat-trasferimenti wara li rapporti qegħdin jgħidu li laħqu ftehim ma’ Dani Ceballos ta’ Real Madrid. Wara li Aaron Ramsey ingħaqad…

Futbol internazzjonali

Il-Portugiż Cristiano Ronaldo mhux ser ikun qiegħed jaffaċċja akkużi ta’ stupru f’Las Vegas minħabba li skont il-prosekuturi ma jistax jiġi ppruvat mingħajr l-iċken ħjiel ta’ dubju li hu wettaq dan…

Aktar