Futbol internazzjonali
Serie A: Chiellini jikkonvinċi lil sħabu fit-tim ta’ Juventus biex jaċċettaw tnaqqis fis-salarju

Il-futbol wieqaf iżda Giorgio Chiellini, captain ta’ Juventus, għadu jilgħab, tal-inqas mill-kamra tiegħu tal-J Hotel, il-lukanda ta’ Juventus li tinsab fil-Continassa fejn jitħarreġ it-tim.

Il-media fl-Italja qed tirraporta li fl-aħħar sigħat, Chiellini kkonvinċa lil sħabu kollha tat-tim biex għaż-żmien li ġej, jaċċettaw tnaqqis fis-salarju tagħhom sakemm tgħaddi l-pandemija tal-coronavirus.

Jidher li din il-proposta tal-captain taċ-champions Taljani sabet l-appoġġ ta’ Gianluigi Buffon, Cristiano Ronaldo u Leonardo Bonucci, meqjusa t-tliet heavyweights l-oħra tal-Bianconeri qabel ma Chiellini ċempel lil kumplament tal-plejers l-oħra li min-naħa tagħhom aċċettaw ukoll.

Chiellini kkomunika din l-aħbar mal-President Andrea Agnelli li min-naħa tiegħu rringrazzja lill-plejers u ddeskriva dan bħala ġest ta’ responsabbiltà f’mument diffiċli.

Juventus ma rrapurtawx kemm se jkun it-tnaqqis fis-salarji.

Cristiano Ronaldo hu l-aktar plejer imħallas ta’ Juventus, b’31 miljun ewro netti fis-sena.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo għandu rekord ieħor. Din id-darba mhux tal-futbol milgħub fil-pitch. Iżda tal-ewwel plejer tal-futbol li sar uffiċjalment biljunaru. Skont Forbes, bil-€105 miljuni li daħħal fis-sena l-oħra, CR7 għandu tiegħu…

Futbol internazzjonali

Il-ġganti tal-futbol Real Madrid u Atletico Madrid, ingħaqdu u ftehmu biex flimkien jgħinu familji tal-belt kapitali Spanjola li ntlaqtu mill-pandemija tal-COVID-19. Florentino Perez, President ta’ real Madrid, qal li għal…

Futbol internazzjonali

It-tabiba ta’ emerġenza li assistiet lill-plejer nazzjonali tal-Kamerun Patrick Ekeng qabel mewtu, ingħatat 18-il xahar ħabs sospiżi minħabba negliġenza. Fl-2016, il-plejer kien jilgħab fir-Rumanija ma’ Dinamo Bucharest u miet b’attakk…

Futbol internazzjonali

Żewġ plejers ta’ Benfica ttieħdu fl-isptar wara li ġiet attakkata l-bus tat-tim wara l-ewwel partita li lagħbu mingħajr partitarji. Il-Ġermaniż Julian Weigl u s-Serb Andrija Zivkovic, intlaqtu b’oġġetti u ttieħdu…

Aktar