Serie A – De Paul jagħmel ftit minn kollox għal Udinese, Sampdoria jirbħu lil Verona

Crotone  1-2  Udinese

Crotone tilfu l-24 logħba minn 31 f’dan l-istaġun meta laqgħu għandhom lil Udinese u ħarġu telliefa 2-1. It-tim t’Udine fetaħ l-iskor fil-41 minuta b’gowl ta’ De Paul biex daħlu għall-msitrieħ 1-0 minn fuq. Penalty ta’ Simy fit-68 minuta ġab id-draw momentarju għal Crotone, iżda De Paul skorja doppjetta personali fl-74 minuta biex ta r-rebħa lil Udinese. L-istess De Paul spiċċa mkeċċi mal-ewwel minuta fuq il-ħin regolamentari b’karta ħamra diretta.

B’din ir-rebħa Udinese telgħu fil-11-il post tal-klassifika b’36 punt.

Sampdoria  3-1  Verona

Rebħa għal Sampdoria fl-iStadio Luigi Ferraris meta laqgħu għandhom lil Verona u rebħulhom 3-1. Kienu Verona li fetħu l-iskor mat-13-il minuta permezz ta’ Lazovic u baqgħu hekk sal-mistrieħ.

Il-kowċ Claudio Ranieri ta’ Sampdoria wettaq tliet bidliet qabel bdiet it-tieni taqsima, u ftit sekondi mill-bidu tagħha Jankto ġab l-iskor indaqs. Fit-73 minuta Sampdoria fil-vantaġġ għall-ewwel darba, meta mill-11-il metru Gabbiadini ma żbaljax, u Thorsby għalaq il-logħba fit-82 minuta favur I Blucerchiati.

Illejla, fid-20:45, Cagliari jilagħbu kontra Parma fis-Sardegna Arena fi Sqallija.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA