Futbol internazzjonali
Serie A: Draw bejn Napoli u Milan, Sampdoria jirbħu għand Udinese

Napoli 2   Milan 2

Draw fis-San Paolo bejn Napoli u Milan meta f’konfront missielet spiċċaw 2-2. Milan fetħu l-iskor fl-20 minuta b’gowl ta’ Hernandez, u Di Lorenzo ġab id-draw għal Napoli fl-34 minuta u għamilhom 1-1. Mertens poġġa lil Napoli għall-ewwel darba minn fuq mas-siegħa logħob, imma mill-11-il metru Kessie ġab id-draw għar-rossoneri u hekk baqgħu sa tmiem il-logħba.

 

Udinese 1   Sampdoria 3

Sampdoria laħqu lil Udinese fil-klassifika meta marru Udine u ħarġu rebbieħa 3-1. Lasagna skorja l-ewwel gowl tal-logħba biex poġġa lil Udinese minn fuq fis-37 minuta, imma ftit qabel is-suffara ta’ tmiem l-ewwel taqsima Quagliarella ġab id-draw għal Sampdoria. Kollox deher li l-konfront ser jispiċċa fi draw, imma fl-84 minuta Bonazzoli poġġa lil Sampdoria għall-ewwel darba minn fuq, u Udinese kellhom gowl ikkanċellat minħabba l-VAR fis-87 minuta. Gabbiadini għalaq il-logħba mar-raba’ minuta fuq il-ħin regolamentari.

 

F’logħbiet oħra:

Genoa  2-0  Spal

Cagliari  0-0  Lecce

Fiorentina  1-1  Verona

Parma  2-2  Bologna

 

Illejla tintlagħab logħba waħda fl-21:45 meta fil-Giuseppe Meazza, Inter jilqgħu lil Torino.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Leipzig tal-Ġermanja għelbu lil Atletico Madrid ta’ Spanja fit-tieni kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League u kkwalifikaw għas-semifinali. Leipzig fetħu l-iskor fil-50 minuta minn gowl ta’ Daniel Olmo. Madankollu l-Ispanjoli għamlu…

Futbol internazzjonali

Barcelona ħabbru li plejer tagħhom instab pożittiv għall-coronavirus. Barcelona ingħataw din l-aħbar ftit qabel ma l-kontinġent ħalla Spanja lejn Lisbona għall-partita ta’ għada kontra Bayern Munich. Barcelona qalu li l-plejer…

Futbol internazzjonali

Il-belt kapitali tal-Portugall, Lisbona, poġġiet trofew kbir fiċ-ċentru bħala tifkira tat-tournament li għaddej bħalissa ‘il-final eight’ tal-UEFA Champions League. Lisbona qed tirreklema dan it-tournament u tippromwovih f’kampanja favur it-turiżmu. L-aqwa…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League – Kwartifinali RB Leipzig – Atlético Madrid Fit-tieni kwartifinali taċ-Champions League, il-Ġermaniżi jiltaqgħu kontra l-Ispanjoli f’konfront li mistenni jkun jaħraq. Leipzig waslu s’hawn wara li eliminaw lil…

Aktar