Futbol internazzjonali
Serie A: Dro bejn Inter u Roma f’San Siro

Fil-posticipo li ntlagħab ilbieraħ filgħaxija, Inter u Roma temmew il-logħba fid-dro ta’ 1-1, biex b’hekk Inter żiedu punt fit-tellieqa għat-tielet post, filwaqt li Roma għadhom jittamaw li b’xi mod jaqbżu lill-Milan u allura jakkwistaw ir-raba’ post u allura jilagħbu fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej.

Kienu Roma li fetħu l-iskor fl-14-il minuta meta Stephan El Shaarawy għadda bejn id-difensuri u b’xutt mill-isbaħ poġġa lit-tim tiegħu minn fuq, 1-0. Inter kellhom jistennew sas-siegħa logħob sakemm wasal il-gowl tad-dro. D’Ambrosio għadda l-ballun lejn Ivan Perisic li b’daqqa ta’ ras tefa’ fix-xibka u għamilhom 1-1. Hekk baqgħu sat-tmiem, biex Inter żammew 5 punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali Milan fil-klassifika, filwaqt li Roma wkoll żammew il-pass meta jinsabu punt biss ‘il bogħod mir-raba’ post.

It-33 ġurnata tas-Serie A tiġi fi tmiemha għada meta fis-19:00, Napoli jilagħbu kontra Atalanta.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fil-partita li ntlagħbet kmieni llum, Arsenal għelbu lil Burnley bi skor ta’ 2-1. Lacazette fetaħ l-iskor fit-13-il minuta u Barnes ġab il-gowl tad-draw żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. Il-Gunners…

Futbol internazzjonali

Mario Balotelli, l-attakkant kontroversjali Taljan, se jsir plejer ta’ Brescia fis-sigħat li ġejjin. Jidher li matul il-lejl li għadda, sar ftehim bejn il-President Massimo Cellino u l-aġent tal-plejer Mino Raiola…

Futbol internazzjonali

L-ex kowċ nazzjonali tan-Niġerja, Samson Siasia, ġie sospiż għal għomru mil-logħba tal-futbol wara li nstab ħati ta’ match-fixing. Fi stqarrija, il-FIFA qalet li Siasia nstab ħati mill-Kumitat tal-Etikà, li aċċetta…

Futbol internazzjonali

Il-plejer ta’ Barcelona, Philippe Coutinho, mistenni jiċċaqlaq u jmur sena b’self fil-Ġermanja ma’ Bayern Munich. Din l-aħbar ikkonfermawha ċ-champions Spanjoli stess. Ilbieraħ Coutinho vjaġġa mal-iskwadra f’Bilbao għall-ewwel partita tal-kampjonat li…

Aktar