Futbol internazzjonali
Serie A: Dro ta’ 2-2 bejn Roma u Inter

Fl-Olimpico ta’ Ruma, fil-posticipo tas-Serie A, Roma u Inter ħadu punt kull wieħed meta spiċċaw fi dro ta’ 2-2.

Kien Keita Balde li fetaħ l-iskor għal Inter mas-37 minuta u baqgħu 1-0 sal-mistrieħ. Fil-51 minuta Roma għamlu l-iskor indaqs permezz ta’ Cengiz Under, b’Mauro Icardi jerġa’ jpoġġi lill-Inter minn fuq fis-66 minuta. Imma Roma wettqu reazzjoni b’saħħitha u anke rnexxilhom jerġgħu jġibu l-gowl tad-dro fl-74 minuta meta Aleksandar Kolarov mill-11-il metru tefa’ fix-xibka għal riżultat finali ta’ Roma 2 Inter 2.

B’dan id-dro Inter telgħu fit-tieni post tal-klassifika, b’29 punt daqskemm għandhom Napoli, filwaqt li Roma jinsabu fis-7 post b’20 punt.

Illejla jilagħbu Atalanta – Napoli, logħba li tibda fit-20:30.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol internazzjonali

Skont il-manager ta’ Tottenham Hotspur, Mauricio Pochettino, it-tim li jirnexxielu jżomm kompost fil-grawnd u ma jħallix l-emozzjonijiet jiġru bih, se jirbaħ il-finali taċ-Champions League fl-1 ta’ Ġunju li ġej. Skont…

Futbol internazzjonali

Polonja 0 Kolombja 2 Il-pajjiż ospitu, il-Polonja, bdew l-esperjenza tagħhom f’din it-Tazza tad-Dinja fuq sieq waħda meta fil-logħba inawgurali tilfu kontra l-Kolombja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls tal-Kolombja kienu skurjati wieħed…

Futbol internazzjonali

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin…

Aktar