Futbol internazzjonali
Serie A – Giovanni Simeone jiskorja ERBGĦA u jagħti rebħa lil Hellas fuq Lazio

Serie A

Verona 4-1 Lazio

Daqqa ta’ ħarta oħra għal Lazio li fil-Bentegodi tilfu 4-1 kontra Hellas, bl-eroj assolut għal Verona ikun Giovanni Simeone awtur t’erba’ gowls.

Vantaġġ fit-tletin minuta, Simeone żied it-tieni fis-sitta u tletin minuta, biancocelesti skurjaw dak li kellu jkun il-gowl tal-bandiera minn Ciro Immobile eżatt wara l-mistrieħ, qabel żewġ gowls oħra ta’ dan il-figlio d’arte t’eċċelenza Giovanni Simeone b’gowls fit-tieni taqsima għalih, it-tielet u r-raba’ għat-tim tiegħu, fit-tnejn u sittin minuta u daqqa ta’ ras stupenda fil-ħin miżjud.

Fiorentina – Cagliari 3-0

Rebħa komda għal Fiorentina 3-0 f’darhom fuq Cagliari, vantaġġ Vjola ta’ Cristiano Biraghi fil-wieħed u goxrin minuta, qabel il-mistrieħ Nicolas Gonzalez għamilhom tnejn, tlieta ftit wara l-mistrieħ b’gowl tas-solitu Dusan Vlahovic.

Atalanta 1-1 Udinese

Draw 1-1 bejn Atalanta u Udinese.

Vantaġġ ta’ Ruslan Malinovsky fis-sitta u ħamsin minuta għal Atalanta, draw Frijulan fl-aħħar nifs tal-logħba fil-ħin miżjud skurjat minn Beto.

Miktub minn...
Rodney Vassallo