Futbol internazzjonali
Serie A: Icardi l-Plejer tas-Sena u Allegri l-Kowċ tas-Sena fis-serata Gran Gala del Calcio

L-attakkant t’Inter, l-Arġentin Mauro Icardi rebaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena tas-Serie A fl-2018, fis-serata Gran Gala del Calcio, f’Milan. Icardi sar l-ewwel plejer li rebaħ dan l-unur u ma jilgħabx mat-tim ta’ Juventus, sa mill-2011, meta dakinhar kien rebaħ l-unur Zlatan Ibrahimovich u kien jilgħab mat-tim ta’ Milan. Biss, bejn l-2012 u l-2017, kienu dejjem plejers Juventini li rebħu dan l-unur.

Icardi kien l-aqwa skorer tas-Serie A flimkien mal-attakkant ta’ Lazio Ciro Immobile l-istaġun li għadda, fejn it-tnejn li huma skurjaw 29 gowl kull wieħed. Icardi rebaħ ukoll l-Unur tal-Isbaħ Gowl tas-Sena, permezz tal-gowl li skorja bit-takkuna kontra Sampdoria fir-rebħa ta’ 5-0 favur Inter f’Marzu li għadda. Għalkemm rebaħ dan l-unur, Icardi qal li aktar kien ħaqqu jirbħu għall-gowl li skorja kontra Milan fid-dery della Madonnina, milli għall-gowl li skorja kontra Sampdoria.

It-tim ta’ Juventus ma ħarġux b’idejhom vojta minn din is-serata tal-unuri, għaliex rebħu l-Unur tat-Tim tas-Sena, filwaqt li l-kowċ Massimiliano Allegri rebaħ l-Unur tal-Kowċ tas-Sena, wara li f’dawn l-aħħar 4 snin it-tim minn Turin rebaħ il-kampjonat u l-Coppa Italia dejjem. Anke dan l-istaġun, Juventus diġa’ jidhru resqin lejn rebħ ta’ kampjonat ieħor, meta diġa’ jinsabu 8 punti fuq it-tieni tim, li huma Napoli, u Allegri qal li l-introduzzjoni ta’ Cristiano Ronaldo fit-tim kompliet tgħin biex it-tim ta’ Juventus jissaħħaħ.

Fil-kategorija femminili, id-difensur internazzjonali Taljana ta’ Fiorentina, Alia Guagni, rebħet l-Unur tal-Plejer tas-Sena, filwaqt li l-eks Roma Francesco Totti u l-eks Milan u Juventus Andrea Pirlo irċevew l-Unur ta’ Kull Żmien.

Ir-referi Gianluca Rocchi rebaħ l-Unur tal-Aħjar Referi għall-2018, 24 siegħa wara li qala’ ħafna tisfir fl-Olimpico għaliex ma tax penalty favur Roma fid-dro kontra Inter ta’ 2-2 il-Ħadd li għadda.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol internazzjonali

Skont il-manager ta’ Tottenham Hotspur, Mauricio Pochettino, it-tim li jirnexxielu jżomm kompost fil-grawnd u ma jħallix l-emozzjonijiet jiġru bih, se jirbaħ il-finali taċ-Champions League fl-1 ta’ Ġunju li ġej. Skont…

Futbol internazzjonali

Polonja 0 Kolombja 2 Il-pajjiż ospitu, il-Polonja, bdew l-esperjenza tagħhom f’din it-Tazza tad-Dinja fuq sieq waħda meta fil-logħba inawgurali tilfu kontra l-Kolombja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls tal-Kolombja kienu skurjati wieħed…

Futbol internazzjonali

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin…

Aktar