Futbol internazzjonali
Serie A: Idea biex il-kumplament tal-logħbiet tal-istaġun isiru kollha f’Ruma

Huma ħafna dawk li qed jimbuttaw sabiex l-istaġun tal-Football fl-Italja jitkompla fil-bidu ta’ Mejju. Il-ġurnal La Repubblica rraporta li jista’ jkun hemm qbil bejn il-Clubs tas-Serie A sabiex l-aħħar 12 -il ġurnata tal-kampjonat jintlagħbu fid-diversi Stadia f’Ruma bil-bibien magħluqa anke fi grounds żgħar tal-provincie.

L-Idea, jidher li wasslet ukoll għal-diskussjoni interna wkoll fil-Lega Serie A. Il-ħsieb hu li l-players u l-istaff tat-teams kollha tas-Serie A jkunu trasferiti kollha f’Lukandi separati f’Ruma u kollha jittrenjaw fil-faċilitajiet sportivi li hemm f’Ruma jew ftit ‘il barra fir-reġjun tal-Lazio. Xorta hemm diversi setturi involuti fil-football taljan li huma xettiċi li dan il-pjan jista’ verament jirnexxi.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo għandu rekord ieħor. Din id-darba mhux tal-futbol milgħub fil-pitch. Iżda tal-ewwel plejer tal-futbol li sar uffiċjalment biljunaru. Skont Forbes, bil-€105 miljuni li daħħal fis-sena l-oħra, CR7 għandu tiegħu…

Futbol internazzjonali

Il-ġganti tal-futbol Real Madrid u Atletico Madrid, ingħaqdu u ftehmu biex flimkien jgħinu familji tal-belt kapitali Spanjola li ntlaqtu mill-pandemija tal-COVID-19. Florentino Perez, President ta’ real Madrid, qal li għal…

Futbol internazzjonali

It-tabiba ta’ emerġenza li assistiet lill-plejer nazzjonali tal-Kamerun Patrick Ekeng qabel mewtu, ingħatat 18-il xahar ħabs sospiżi minħabba negliġenza. Fl-2016, il-plejer kien jilgħab fir-Rumanija ma’ Dinamo Bucharest u miet b’attakk…

Futbol internazzjonali

Żewġ plejers ta’ Benfica ttieħdu fl-isptar wara li ġiet attakkata l-bus tat-tim wara l-ewwel partita li lagħbu mingħajr partitarji. Il-Ġermaniż Julian Weigl u s-Serb Andrija Zivkovic, intlaqtu b’oġġetti u ttieħdu…

Aktar