Futbol internazzjonali
Serie A: Il-plejers ta’ Inter joħorġu minn ġimgħatejn kwarantina

Il-plejers ta’ Inter għaddielhom il-jiem ta’ kwarantina li kienu ilhom fih u s-soċjetà Nerazzurra tagħat il-permess lill-plejers barranin imorru d-dar fejn il-familjari tagħhom.

Il-plejers u staff ta’ Inter kienu kollha kwarantina wara l-partita kontra Juventus tat-8 ta’ Marzu li għadda li minn hemm ħareġ li Daniele Rugani ttestja pożittiv għall-coronavirus.

L-ewwel plejer li ħalla l-Italja kien Marcelo Brozovic li mar il-Kroazja.

F’dawn il-ġimgħatejn, l-ebda plejer ta’ Inter ma ħass xi sintomi relatat mal-virus.

Miktub minn...
TVM Sport