Futbol internazzjonali
Serie A: Illejla f’Turin, Juventus jilqgħu lill-Inter

Illejla tibda l-15-il ġurnata tas-Serie A fl-Italja, bil-logħba ta’ tmiem il-ġimgħa bejn Juventus u Inter. Juventus jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika u Inter jinsabu t-tielet, imma diġa’ hemm 11-il punt bejniethom meta għadu lanqas spiċċa l-ewwel rawnd. Juventus għadhom bla telfa, fejn s’issa minn 14-il logħba rebħu 13 u ġew dro waħda. Għal Inter, disa’ rebħiet, żewġ dros u tliet telfiet, bil-captain Mauro Icardi jgħid li huma sejrin Turin biex jirbħu. Il-logħba tal-lejla tibda fit-20:30, biż-żewġ timijiet ikunu involuti fil-UEFA Champions League l-ġimgħa d-dieħla.

Il-logħob kollu tas-Serie A fi tmiem il-ġimgħa huwa:

Illejla

20:30  Juventus – Inter

Għada

15:00  Napoli – Frosinone

18:00  Cagliari – Roma

20:30  Lazio – Sampdoria

Il-Ħadd

12:30  Sassuolo – Fiorentina

15:00  Empoli – Bologna

15:00  Parma – Chievo

15:00  Udinese – Atalanta

18:00  Genoa – SPAL

20:30  Milan – Torino

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol internazzjonali

Skont il-manager ta’ Tottenham Hotspur, Mauricio Pochettino, it-tim li jirnexxielu jżomm kompost fil-grawnd u ma jħallix l-emozzjonijiet jiġru bih, se jirbaħ il-finali taċ-Champions League fl-1 ta’ Ġunju li ġej. Skont…

Futbol internazzjonali

Polonja 0 Kolombja 2 Il-pajjiż ospitu, il-Polonja, bdew l-esperjenza tagħhom f’din it-Tazza tad-Dinja fuq sieq waħda meta fil-logħba inawgurali tilfu kontra l-Kolombja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls tal-Kolombja kienu skurjati wieħed…

Futbol internazzjonali

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin…

Aktar