Futbol internazzjonali
Serie A: Indikazzjoni li l-logħbiet ta’ filgħaxija jistgħu jibdew fl-9.45pm

Possibilita’ kbira li diversi logħbiet tas-Serie A li se jkunu skedati għal filgħaxija meta jirritorna l-kampjonat tas-Serie A fl-20 ta’ Ġunju jibdew fl-9.45pm.

Jekk isir hekk din tkun l-ewwel darba li l-postiċipi tas-Serie A se jkunu qed jibdew daqshekk tard.

Malli jiritorna s-Serie A jridu jintlagħbu 124 logħba fi 43 ġurnata b’sitt Sibtijiet u seba’ Ħdud konsekuttivi.

Iktar tard illum mistennija r-reviżjoni tal-fixtures inkluż il-ħinijiet u l-logħbiet li se jkunu qed jintlagħbu anke t-Tnejn filgħaxija. Hemm ftehim bejn il-Clubs li d-dettalji tal-fixtures tal-aħħar erba’ logħbiet ta’ kull team  ma jkunux magħrufa għalissa għaliex jaf ikun hemm bżonn li xi logħbiet ikunu skedati fl-istess ġurnata u fl-istess ħin.

Miktub minn...
TVM Sport
.