Futbol internazzjonali
Serie A: Inter ifallu ċ-ċans li jkunu waħedhom fil-quċċata, jispiċċaw draw ma’ Fiorentina

Fiorentina 1   Inter 1

Inter tilfu ċ-ċans li jkunu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika meta fl-Artemio Franchi kienu miżmuma minn Fiorentina 1-1. Inter marru minn fuq wara biss tmien minuti meta Borja Valero b’xutt fil-baxx fetaħ l-iskor u għamilhom 1-0. Fid-39 minuta Inter skurjaw ieħor permezz ta’ Lautaro Martinez, gowl li kien imħassar permezz tal-VAR minħabba offside. Mad-90 minuta ngħataw 6 minuti ta’ ħin addizjonali, u waqt li Inter kienu għadhom qed iżommu bil-gowl vantaġġ, il-Vjola ħasdu lit-tim fil-quċċata b’gowl li wasal mat-tieni minuta fuq il-ħin regolamentari. Kien Dusan Vlahovic li f’azzjoni personali daħal fil-kaxxa, dar mad-difensuri u b’xutt lejn il-lasta għeleb lill-goalkeeper u għamel l-iskor 1-1.

Illejla fid-20:45, Cagliari jilagħbu kontra Lazio.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-attakkant ta’ Porto Moussa Marega ħalla l-grawnd bi protesta wara korijiet razzisti fil-konfront tiegħu waqt il-logħba bejn Vitoria Guimaraes u Porto. L-attakkant ta’ 28 sena mill-Mali rnexxilu jiskorja t-tieni gowl…

Futbol internazzjonali

Tħabbret il-mewt ta’ Herry Gregg, l-ex gowlkiper Irlandiż ta’ Manchester United. Gregg baqa’ jissemma bħala wieħed mill-eroj tat-traġedja tal-ajru ta’ Munich li fiha kien involut it-tim ta’ Manchester United, lura…

Futbol internazzjonali

Manchester City ġew sospizi sentejn milli jikkompetu fil-kompetizzjonijiet Ewropej, UEFA Champions League u UEFA Europa League, għal ksur serju fir-regoli tal-financial fair play. Apparti din is-sospensjoni li tista tiġi appellata,…

Futbol internazzjonali

Tard ilbieraħ filgħaxija, il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli u d-Direttur Ġenerali Fabio Paratici, sejħu lill-kowċ Maurizio Sarri biex miegħu jiddiskutu l-futur ta’ Juventus għal kumplament tal-istaġun. Jidher li din il-laqgħa…

Aktar