Futbol internazzjonali
Serie A: Inter jegħlbu lill-Chievo u Bologna jirbħu kontra Parma

Inter 2 Chievo 0

F’San Siro, Inter ħadu rebħa importanti fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika meta għelbu lit-tim ġa relegat ta’ Chievo b’gowl f’kull taqsima. Kien fid-39 minuta li Inter fetħu l-iskor meta Matteo Politano mir-rebound spara baxx fix-xibka għal 1-0 u hekk baqgħu sa tmiem l-ewwel taqsima. Kwarta minn tmiem il-logħba Chievo spiċċaw jilagħbu bi plejer inqas meta Rigoni qala’ t-tieni karta safra. Mas-86 minuta n-neroazzurri għalqu l-logħba b’gowl ta’ Ivan Perisic u b’hekk telgħu fit-tielet post tal-klassifika, punt aktar mill-Atalanta. Dan ifisser li jekk Inter jirbħu waħda miż-żewġ logħbiet li fadlilhom, allura jaċċertaw ruħhom minn post fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej.

Bologna 4 Parma 1

Bologna qabżu lill-istess Parma fil-klassifika meta fis-36 ġurnata rebħulhom bl-iskor ta’ 4-1. Għalkemm fl-ewwel taqsima r-riżultat kien għadu 0-0, fit-tieni taqsima kellna xita ta’ gowls li approfittaw minnha l-Bologna. Huma marru fil-vantaġġ mat-52 minuta permezz t’Orsolini, u mas-siegħa logħob irduppjaw b’auto-goal ta’ Sepe. Biex is-serata tkompli tiġi mill-ħażion għall-agħar għall-Parma, huma spiċċaw jilagħbu b’għaxra meta tkeċċa Alves b’żewġ karti sofor f’temp ta’ minuta u Bologna skurjaw it-tielet fit-72 minuta minn Lyanco. Bi plejer inqas u kontra kull mistenni, Parma naqqsu d-distakk b’gowl t’Inglese fil-81 minuta, imma l-isfortuna baqgħet tiġri xorta warajhom għax għat-tieni darba fil-logħba kellna auto-goal u din id-darba kien Sierralta li għeleb lill-goalkeeper tiegħu stess għar-raba’ gowl tal-Bologna.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-plejer ta’ Sporting Lisbon, Bruno Fernandes, jista’ jagħti l-każ li xorta jħalli lit-tim Portugiż sa tmiem dan is-suq tat-trasferimenti. Wara d-diżappunt li la rnexxielu jingħaqad ma’ Manchester United u lanqas…

Futbol internazzjonali

Daniel Sturridge ngħaqad mat-tim Tork ta’ Trabzonspor b’kuntratt ta’ 3 snin. L-ex Liverpool ħabbar dan fuq il-paġna tiegħu ta’ Twitter l-Erbgħa waranofsinhar fejn ser ikun qiegħed jaqla’ paga ta’ madwar…

Futbol internazzjonali

Roma mistennija jiffirmaw lid-difensur laterali Davide Zappacosta fis-sigħat li ġejjin. Dan wara li l-istess klabb, permezz tal-paġna ta’ Twitter, tella’ ritratti fejn indika li Zappacosta jinsab f’Ruma. Il-plejer Taljan ingħaqad…

Futbol internazzjonali

Il-midfielder Franċiż Franck Ribery huwa mistenni jingħaqad ma’ Fiorentina fis-sigħat li ġejjin wara li d-diskussjonijiet bejn il-klabb u l-plejer jinsabu fi stadju avvanzat. Fil-preżent Ribery huwa plejer liberu wara li…

Aktar