
Futbol internazzjonali
Serie A – Inter jiftħu sitt punti vantaġġ fil-quċċata wara rebħa fuq Parma
Parma 1-2 Inter
Inter fetħu sitt punti vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika meta l-Ħamis filgħaxija marru fl-iStadio Ennio Tardini u għelbu lil Parma 2-1. Il-gowls kollha tal-logħba kienu skurjati fit-tieni taqsima, b’doppjetta t’Alexis Sanchez li wittiet it-triq għal rebħa tan-neroazzurri. Il-gowls ta’ Sanchez waslu fl-54 u fit-62 minuta, sakemm Hernani naqqas id-distakk għal Parma fil-71 minuta.
Avolja Parma ppressaw xi ftit aktar lejn tmiem il-logħba, id-difiża t’Inter żammet sod, biex issa, wara li lagħbu 25 logħba, in-neroazzurri għandhom 59 fil-quċċata, segwiti minn Milan bi 53 punt. Parma baqgħu fil-post ta’ qabel tal-aħħar, 15-il punt minn 25 logħba.