Futbol internazzjonali
Serie A: Inter jirbħu d-derby kontra Milan u jerġgħu jitilgħu fit-tielet post

Milan……2
Inter…….3

Inter jirbħu d-derby della Madonnina meta f’San Siro huma għelbu lill-Milan bl-iskor ta’ 3-2. Inter ħasdu lill-avversarji meta wara biss 3 minuti mill-bidu tal-konfront marru fil-vantaġġ. Kien cross fil-kaxxa, Martinez bir-ras indirizza l-ballun fuq in-naħa l-oħra u Matias Vecino ma kellux problema jitfa’ fix-xibka għal 1-0 u hekk baqgħu sal-mistrieħ.

Fil-51 minuta Inter għamluhom tnejn. Did-darba kien Politano li tefa’ cross pinġut fil-kaxxa, Stefan de Vrij għola tajjeb u b’daqqa ta’ ras tefa’ fix-xibka għal 2-0. Milan wettqu reazzjoni pjuttost immedjata għaliex fis-57 minuta naqqsu d-distakk meta Tiemoue Bakayoko rċieva l-ballun mingħand Calhanoglu u spara fix-xibka għal 2-1. Milan pruvaw jibqgħu jagħfsu imma kienu Inter li rnexxilhom jerġgħu jiskurjaw gowl ieħor, din id-darba fis-67 minuta. Mill-11-il metru Lautaro Martinez tefa’ ġewwa biex għamilhom 3-1, imma Milan ma qatgħux qalbhom, tant li fil-71 minuta reġgħu għal darb’oħra naqqsu d-distakk. Mateo Musacchio rnexxielu jikkonkludi fix-xibka wara li wasal il-ballun f’saqajh u għamilhom 3-2. U għalkemm Milan pruvaw jiskurjaw għallinqas il-gowl tad-dro Inter żammew sod b’hekk spiċċaw maqbuża mill-istess Neroazzuri fil-klassifika wara din it-telfa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Bejn illejla u għada jintlagħbu t-tieni legs tas-semifinali tal-Coppa Italia. F’San Siro, illejla Milan jilqgħu lil-Lazio wara li fl-Olimpico fl-ewwel leg, il-konfront spiċċa fid-draw ta’ mingħajr gowls. Il-konfront tal-lejla ser…

Futbol internazzjonali

Tottenham H. 1 Brighton 0 Tottenham Hotspur resqu pass eqreb lejn post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej meta f’darhom għelbu lill-Brighton bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl kien skurjat fit-88 minuta…

Futbol internazzjonali

Billy McNeill, ex captain ta’ Celtic u l-ewwel Brittaniku li għolla t-Tazza Ewropea, miet fl-età ta’ 79 sena. McNeill mexxa lil Celtic fil-finali tal l-1967 meta dakinhar għelbu lil Inter…

Futbol internazzjonali

Atalanta għadhom qegħdin jittamaw li jakkwistaw post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej wara li lbieraħ filgħaxija għelbu lin-Napoli bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Napoli li fetħu l-iskor fit-28 minuta meta…

Aktar