Serie A – Inter jissaħħu għall-istaġun li ġej .. jieħdu lil Toulalan

Trasferimenti

Inter jakkwistaw lil Toulalan mingħand Monaco b’kuntratt ta’ tliet snin għal dan il-plejer ta’ nofs il-grawnd.

Minkejja li fadal iktar minn xahrejn għall-ftuħ tas-suq tat-trasferimenti, Inter diġa jinsabu attivi biex isaħħu l-iskwadra għall-istaġun li ġej.

Objettiv minimu l-istaġun li ġej għat-tim tal-President Erik Thohir u l-kowċ Roberto Mnacini huwa t-tielet post fis-Serie A li jfisser kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League.

Il-kowċ Roberto Mancini diġa għamel talba lid-diriġenza tal-klabb biex ikollu skwadra aktar kompettitiva l-istaġun li ġej, bil-għan li t-tim ikun jista jisfida f’kull kompetizzjoni.

Wieħed mill-ewwel akkwisti għall-istaġun li ġej mistenni jkun il-midfielder ta’ Monaco Jeremy Toulalan li jispiċċalu l-kuntratt ma’ Monaco, u Inter għelbu sfida min-naħa ta’ Napoli għall-akkwist tal-plejer.

Ma’ Inter il-Franċiż se jiffirma kuntratt għal tliet staġuni li matulhom mistenni jdaħħal żewġ miljun ewro kull staġun.

Bla dubju l-midfield huwa wieħed mid-dipartimenti l-aktar li Inter iridu jsaħħu fejn apparti Toulalan, il-kowċ Roberto Mancini għaddej b’taħdidiet ma’ Yaya Toure li diġa kien miegħu fl-okkażjoni tal-ewwel Barclays Premier League mirbuħ minn Manchester City, u li probabilment fi tmiem dan l-istaġun iħalli liċ-champions Ingliżi.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

UEFA Champions League: Żewġ partiti oħra mill-ewwel leg tal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni. Tottenham….0 Leipzig………..1 Rebħa importanti għal Leipzig li barra minn darhom għelbu lil Tottenham Hotspur f’Londra bi skor ta’ 1-0….

Futbol internazzjonali

Real Madrid jippreżentaw lill-midfielder Reinier Jesus, Brażiljan żagħżugħ ieħor ta’ 18-il sena, mingħand Flamengo. Reinier deher jemozzjona ruħu waqt il-konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha ġie ppreżentat u rringrazzja lill-ġenituri tas-sagrifiċċji li…

Futbol internazzjonali

Iċ-Chief Executive ta’ Manchester City Ferran Soriano qal li l-allegazzjonijiet li ntqalu fil-konfront tal-klabb tiegħu li waslu biex il-UEFA ssospendiethom sentejn mill-futbol Ewropew huma kollha foloz u mmotivati politikament. Il-Ġimgħa,…

Futbol internazzjonali

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2019/20 L-ewwel Leg. Fażi tal-aħħar 16 Atletico Madrid……1 Liverpool……………0 Rebħa f’darhom għal Atletico Madrid fi Spanja f’logħba bilanċjata li kient deċiża b’goal uniku fil-logħba li kien skorjat…

Aktar