Futbol internazzjonali
Serie A: Inter u Atalanta jistennew il-konfront dirett ta’ bejniethom sabiex jiġi deċiż min ser jispiċċa t-tieni

Inter 2   Napoli o

Fil-Giuseppe Meazza Inter skurjaw darbtejn biex rebħu lil Napoli bl-iskor ta’ 2-0 u b’hekk in-neroazzurri żammew it-tieni post fil-klassifika. D’Ambrosio fil-11-il minuta u Martinez fl-74 minuta skurjaw il-gowls għal Inter bla ebda risposta minn Napoli.

 

Parma 1   Atalanta 2

Atalanta żammew il-pressjoni fuq Inter fil-ġlieda għat-tieni post meta marru għand Parma u rebħulhom 2-1. Atalanta kellhom idawru l-logħba għaliex Parma marru minn fuq fit-43 minuta b’gowl ta’ Kulusevski. Id-draw wasal fis-70 minuta permezz ta’ Malinovsky filwaqt li Gomez skorja l-gowl tar-rebaħ fl-84 minuta.

Fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat ser jiġi deċiż min ser jispiċċa fit-tieni post b’konfront dirett bejn Atalanta u Inter.

 

Illejla jintlagħab programm sħiħ ta’ logħob mis-Serie A:

19:30 Lazio – Brescia

19:30 Sampdoria – Milan

19:30 Sassuolo – Genoa

19:30 Udinese – Lecce

19:30 Verona – Spal

21:45 Cagliari – Juventus

21:45 Fiorentina – Bologna

21:45 Torino – Roma

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho ftiehem ma’ Manchester United dwar il-paga li ser jaqla’ f’Old Trafford. Iż-żagħżugħ t’20 sena għamilha ċara ma’ Dortmund li jixtieq jirritorna l-Ingilterra matul dan…

Futbol internazzjonali

Wara tant stennija, u wara li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa twasslu għat-tmiem tagħhom ħafna iktar tard mis-soltu, din il-ġimgħa sa fl-aħħar jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-clubs li kien ilhom sospiżi minn…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football, il-FIFA, iddeskriviet id-deċiżjoni tal-awtoritarjiet Żvizzeri li jiftħu proċeduri kriminali kontra l-President Gianni Infantino bħala assurda. Il-każ huwa dwar laqgħat li Infantino kellu mal-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber….

Aktar