Futbol internazzjonali
Serie A: Jirritornaw fl-azzjoni Lazio u Juventus

Illejla fis-Serie A ser jintlagħbu żewġ konfronti interessanti għall-fini tar-rebħ tal-kampjonat.

19:30 Lecce – Lazio

Fl-aħħar sitt logħbiet tal-kampjonat, Lecce dejjem ħarġu b’idejhom vojta. Telfa wara l-oħra spiċċaw it-tielet mill-aħħar fil-klassifika, u ma tkunx sorpriża li jekk xi rebħa ma tasalx, anke jinżlu aktar ‘l isfel. S’issa jinsabu żewġ punti taħt Genoa u allura għad għandhom ċans tajjeb li jsalvaw, imma jekk jibqgħu jitilfu jaf tkun diffiċli ħafna għalihom.

Għal Lazio s-sitwazzjoni hija pjuttost differenti. L-iskoss qawwi fit-telfa kontra Milan xejn ma swiehom tajjeb u taw iċ-ċans lil Juventus li jibnu 7 punti vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika. Jekk illejla Lazio ma jeħdux it-tliet punti u Juventus joħorġu rebbieħa, allura l-ġlieda għar-rebħ tal-kampjonat tkun pjuttost spiċċuta.

 

21:45 Milan – Juventus

F’San Siro, Milan jilqgħu lil Juventus u din ser tkun il-174 logħba bejniethom. B’kollox Juventus rebħu 67 minn dawn il-logħbiet, 49 rebħuhom Milan u 57 minnhom spiċċaw fi draw.

Milan irritornaw fis-Serie A pjuttost tajjeb wara s-sospensjoni minħabba l-pandemija, tant li mill-4 logħbiet li lagħbu rebħu tlieta u ġew draw waħda. Juventus min-naħa l-oħra rebħuhom kollha u għandhom 7 punti vantaġġ fuq Lazio fil-quċċata tal-klassifika. Milan għadhom qed jiġru wara post fil-kompetizzjonijiet Ewropej fl-istaġun li jmiss meta bħalissa jinsabu fis-7 post b’46 punt.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Atalanta – PSG Fl-ewwel kwartifinali tal-UEFA Champions League, Atalanta ser jilagħbu kontra PSG f’eliminazzjoni diretta. Il-logħba ser tintlagħab fl-Estadio da Luz, f’Lisbona, il-Portugall. Atalanta deħlin għal dan il-konfront wara erba’…

Futbol internazzjonali

Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna u Sevilla ta’ Spanja għamluha għas-semifinali tal-UEFA Europa League ta’ dan l-istaġun meta fil-kwarti tal-finali għelbu lil Basel tal-Iżvizzera u lil Wolves tal-Ingilterra, rispettivament. Shakhtar Donetsk rebħu…

Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Aktar