Futbol internazzjonali
Serie A: Juventus champions għas-7 darba wara l-oħra, 34 fl-Istorja

Juventus huma ċ-champions tal-Italja għas-seba’ darba wara l-oħra u għall-34 darba fl-Istorja.

Iċ-ċertezza matematika tal-kampjonat waslet tard il-Ħadd filgħaxija hekk kif spiċċat il-partita kontra r-Roma fi Stadio Olimpico u li ntemmet bi skor ta’ 0-0.

Hekk kif intemmet il-partita, diversi partitarji ta’ Juventus ħarġu jiċċelebraw dan is-suċċess fit-toroq ta’ Turin, b’mod speċjali fi Piazza San Carlo.

Il-qofol tal-festeġġjamenti jintlaħqu s-Sibt li ġej wara l-aħħar partita tal-kampjonat fit-3.00pm, fl-Allianz Stadium fejn hemmhekk mistennija ssir il-preżentazzjoni li ssegwi fit-toroq ta’ Turin hekk kif il-plejers u l-istaff tekniku kollu jduru l-pjazez fi trakk mikxuf.

Dan hu r-raba’ titlu f’erba’ snin minn kemm ilu kowċ Max Allegri. Hu kien ħa t-tim wara Antonio Conte, li wkoll kien rebaħ tliet kampjonat wara xulxin.

F’dan l-istaġun, Juventus laħqu u kisru rekord. Ir-rebħ tas-seba’ kampjonat wara l-ieħor għamluha biss Lyon fi Franza xi snin ilu, filwaqt li ħadd fl-Italja ma rnexxielhu jirbaħ il-Coppa Italia għal erba’ darbiet wara xulxin.

Fl-istess ħin il-Ħadd filgħaxija, Napoli għelbu lil Sampdoria bi skor ta’ 2-0 fi Stadio Luigi Ferraris ta’ Genova.

B’hekk, b’ġurnata waħda x’tintlagħab, Napoli huma ċerti mit-tieni post, mentri Roma ċerti mit-tielet post.

Il-partita tal-Ħadd li ġej se tkun bla dubju dik bejn Lazio u Inter, għal min jispiċċa fir-raba’ post li jfisser kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej. Lazio, f’darhom, iridu rebħa jew draw, mentri Inter iridu rebħa akkost ta’ kollox.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-Eks Captain internazzjonali ingliż David Beckham se jkun mogħti l-UEFA President’s Award għas-sena 2018 bħala rikonoxximent mhux biss għall-karriera professjonali tiegħu bħala player iżda wkoll għall-impenn umanitarju li daħal għalih….

Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo, Luka Modric u Mohamed Salah, huma t-tliet finalisti għall-unur tal-Plejer tas-Sena 2018 tal-UEFA. Il-lista finali tal-aħħar tliet plejers ivvutaw għaliha l-kowċis nazzjonali kollha minn madwar l-Ewropa. Cristiano Ronaldo…

Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż 2018/19 Riżultati tal-Ħadd Burnley 1 – 3 Watford Manchester City 6 – 1 Huddersfield Town Brighton & Hove Albion 3 – 2 Manchester United

Futbol internazzjonali

Il-FIFA tat ultimatum ta’ 24 siegħa lill-Federazzjoni tan-Niġerja sabiex tistabilixxi lura s-serenita’ u t-tmexxija demokratika fil-Federazzjoni tal-football tagħha. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat grupp ta’ amministraturi li kienu qed jopponu…

Aktar