Futbol internazzjonali
Serie A: Juventus FC dikjarati Champions għat-tmien staġun konsekuttiv

Mis-Serie A: Juventus ġew matematikament dikjarati Champions tas-Serie A wara li llum riedu minn tal-inqas punt f’darhom fl-Allianz Stadium kontra Fiorentina. Juventus rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Skorers f’dan il-konfront wara sitt minuti Nikola Milenkovic poġġa lill-Viola 1-0 minn fuq…. fis-37minuta Alex Sandro ġab id-draw għal Juventus sabiex wara kien own goal ta’ German Pezzella fit-53minuta għal 2-1. Dan kien it-tmien kampjonat konsekuttiv mirbuħ minn Juventus u s-37 wieħed fl-istorja għal Club Juventus għalkemm għal Federazzjoni taljana dan u l-35 kampjonat wara li fil-passat kienu revokati l-kampjonati tal-istaġuni 2004/05 u 2005/06.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Illum wara nofs in-nhar minn Grupp B il-Ġappun għelbu lill-Messiku bl-iskor ta’ 3-0. Taisei Miyashiro fetaħ l-iskor fil-21 minuta biex fit-tieni taqsima l-Ġappun skurjaw darbtejn oħra minn Kyosuke Tagawa fit-52…

Futbol internazzjonali

Charlton ġew promossi għaċ-Championship wara li f’Wembley Stadium llum wara nofs in-nhar fil-play off għall-promozzjoni huma għelbu lil Sunderland bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Sunderland li fetħu l-iskor minn auto goal…

Futbol internazzjonali

Il-players ta’ Bayern Munich iċċelebraw ir-rebħ tad-double bi pranzu kbir is-Sibt filgħaxija. Iċ-Champions Bayern għelbu lil Leipzig bl-iskor ta’ 3-0 fil-finali tat-Tazza Ġermaniża aktar kmieni s-Sibt. Il-gowls ta’ Bayern waslu…

Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Aktar