
Genoa 1 Juventus 3
Juventus żammew id-distakk t’4 punti fil-quċċata tal-klassifika meta marru għand Genoa u rebħu bl-iskor ta’ 3-1. Il-gowls kollha waslu fit-tieni taqsima, b’Dybala jiftaħ l-iskor mal-50 minuta u Ronaldo skorja t-tieni 6 minuti wara. Costa skorja t-tielet għall-Juventini fit-73 minuta, b’Genoa jiskurjaw il-gowl tal-bandiera minn Pinamonti fis-76 minuta.
Torino 1 Lazio 2
Aktar kmieni Lazio kellhom jiġu minn gowl minn taħt biex għelbu lil Torino 2-1. Kien Belotti li poġġa lil Torino fil-vantaġġ wara biss 5 minuti minn penalty u hekk baqgħu sal-mistrieħ. Fit-tieni taqsima Immobile ġab l-iskor indaqs mat-48 minuta u Parolo skorja l-gowl tar-rebħa għal Lazio fit-72 minuta.
Meta fadal disa’ logħbiet għal tmiem l-istaġun, Lazio jinsabu 4 punti wara Juventus u 7 punti fuq Inter, li iżda għandhom logħba inqas għaliex ser jilagħbu fil-programm ta’ logħob tal-lejla:
19:30 Bologna – Cagliari
19:30 Inter – Brescia
21:45 Fiorentina – Sassuolo
21:45 Lecce – Sampdoria
21:45 Spal – Milan
21:45 Verona – Parma