Futbol internazzjonali
Serie A: Juventus jegħlbu lil Inter f’San Siro u jitilgħu l-ewwel

Fil-posticipo li ntalgħab il-Ħadd filgħaxija, Juventus telgħu fil-quċċata tal-klassifika meta għelbu lil Inter bl-iskor ta’ 2-1. Din kienet l-ewwel telfa li sofra Antonio Conte fil-kampjonat kemm ilu jmexxi lil Inter, b’Juventus jibqa’ l-uniku tim mhux megħlub wara 7 logħbiet.

Juventus fetħu tajjeb ħafna għaliex wara biss 4 minuti Dybala fetaħ l-iskor u poġġa lit-tim tiegħu minn fuq. Il-ferħ Juventin dam biss 13-il minuta għaliex De Ligt kien aġġudikat li miss il-ballun b’idu fil-kaxxa, u wara li r-referee Rocchi kkonferma bil-VAR, Lautaro Martinez mill-11-il metru tefa’ fix-xibka għal 1-1. Fil-41 minuta Juventus iċċelebraw għal darb’oħra l-gowl tal-vantaġġ meta Ronaldo sab ix-xibka imma r-referee Rocchi ħassar il-gowl wara li permezz tal-VAR kien aġġudikat li kien hemm offside.

It-tim ta’ La Vecchia Signora skurjaw il-gowl tar-rebħa għaxar minuti mit-tmiem meta Bentancur ġab lil Gonzalo Higuain waħdu fil-kaxxa u l-Arġentin ma falliex biex poġġa lil Juventus 2-1 minn fuq, vantaġġ li żammewh sa tmiem il-logħba.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 Balzan……….3 Tarxien……..1 Balzan jegħlbu lil Tarxien R. 3-1, rebħa li tiġi ssiġilata fl-aħħar battuti tal-partita, Balzan li kollox ma kollox ħadu pero’ rebħa meritata. Fl-14-il minuta,…

Futbol internazzjonali

Il-FIFA żvelat li t-Tazza tad-Dinja tan-Nisa li saret fi Franza fis-sajf li għadda segwewha 1.12 biljun persuna. Minn dawk li segwew, 993.5 miljuni persuna segwewha minn fuq it-televiżjoni u dan…

Futbol internazzjonali

Il-Premier League Ingliż reġa’ telaq bil-kampanja tiegħu ‘No Room for Racism’ b’filmat li jinkludi fih plejers bħal Tammy Abraham u Raheem Sterling. Ir-razziżmu fl-isport reġa’ kien is-suġġett ta’ ħafna wara…

Futbol internazzjonali

L-El Clasico bejn Barcelona u Real Madrid jista’ jkun li ser jiċċaqlaq għal Diċembru. Dan intqal mill-Federazzjoni Spanjola tal-Futbol wara li ġew avżati li fis-26 t’Ottubru ser issir dimostrazzjoni kbira…

Aktar