Futbol internazzjonali
Serie A: Juventus jegħlbu lil Udinese b’wirja kbira; Milan miżmuma f’darhom minn Sassuolo

Juventus jegħlbu lil Udinese bi skor ta’ 3-1 f’waħda mill-aqwa wirjiet tal-istaġun. Juventus fil-vantaġġ b’gowl ta’ Criatiano Ronaldo wara 9 minuti logħob u l-istess plejer irdoppja fis-37 minuta. Leonardo Bonucci jiskurja t-tielet gowl eżatt qabel il-mistrieħ. Fit-tieni taqsima Udinese jiskurjaw il-gowl tal-bandiera minn Pussetto qabel is-suffara finali.

F’partita oħra kellna draw ta’ mingħajr gowls fi Stadio San Siro bejn Milan u Sassuolo.

Bologna għelbu lil Atalanta bi skor ta’ 2-1. Palacio jiftaħ l-iskor wara 12-il minuta u Poli jirdoppja fit-53 minuta. Malinovskyi jiskurja l-gowl ta Atalanta fis-60 minuta.

Draw ta’ 3-3 bejn Verona u Torino fi Stadio Bentegodi. Torino tliet gowls vantaġġ skurjati minn Cristian Ansaldi fis-36 minuta, Alex Berenguer fil-55 minuta u Ansaldi mill-ġdid fil-61 minuta. Rimonta inkredibbli minn Verona li rrispondew bi tliet gowls oħra skurjati minn penalty ta’ Pazzini fid-69 minuta, Valerio Verre skurja t-tieni wieħed fis-76 minuta u Stepinski ġab id-draw fl-84 minuta.

U fil-partita li ntlagħbet aktar tard fil-ġurnata Roma għelbu lil Spal bi skor ta’ 3-1. Petagna jiftaħ l-iskor għal Spal minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima. Roma jdawwru l-partita fit-tieni taqsima. Lorenzo Pellegrini jġib id-draw fit-53 minuta u penalty ta’ Perotti fis-66 minuta jagħmel l-iskor 2-1. Mikhitaryan jiskurja t-tielet gowl fit-83 minuta.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-Pacaembu Stadium f’Sao Paulo fil-Brażil qed jinbidel fi sptar għal dawk milquta mill-Covid-19. L-istadium, li jesa 45,000 spettatur, hu mistenna li jilqa’ fih 200 sodda u mistenni jitlesta f’10 t’ijiem….

Futbol internazzjonali

Il-futbol wieqaf iżda Giorgio Chiellini, captain ta’ Juventus, għadu jilgħab, tal-inqas mill-kamra tiegħu tal-J Hotel, il-lukanda ta’ Juventus li tinsab fil-Continassa fejn jitħarreġ it-tim. Il-media fl-Italja qed tirraporta li fl-aħħar…

Futbol internazzjonali

Il-klabb Ingliż ta’ West Ham għandu tmien plejers li fil-mument bdew iħossu sintomi tal-coronavirus. Karren Brady, il-Viċi Chairman tal-klabb, ikkonfermat din l-aħbar mal-gazzetta Ingliża The Sun. Minkejja din l-aħbar, il-Hammers…

Futbol internazzjonali

L-attakkant ta’ Manchester United u tal-Ingilterra Marcus Rashford qal li qed iħossu 10 darbaiet aħjar minn kif kien qabel ma sofra injury. Rashford kien għaddej mill-aqwa forma u kien diġà…

Aktar