Futbol internazzjonali
Serie A: Juventus jibqgħu għaddejjin, jirbħu lil Milan 2-0

F’San Siro lbieraħ filgħaxija, Juventus baqgħu għaddejjin bil-forma eċċezzjonali tagħhom fis-Serie A meta marru għand Milan u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0. Kien Mandzukic li fetaħ l-iskor mat-8 minuta, b’Milan ikollhom ċans li jġibu l-iskor indaqs fil-41 minuta meta ngħataw penalty, imma l-ex Juventus Higuain ra lill-goalkeeper Juventin li mgħejjun mil-lasta rnexxielu jsalva x-xutt mill-11-il metru. Juventus għamlu ċert mit-3 punti fil-81 minuta meta Cristiano Ronaldo tefa’ fix-xibka u żewġ minuti wara, il-lejla għal Higuain mill-ħażin spiċċat diżastru għax kellu jmur jinħasel qabel sħabu meta kien imkeċċi mir-referee.

B’din ir-rebħa Juventus żammew sitt punti vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika, meta issa għandhom 34 punt, warajhom Napoli bi 28. Milan jinsabu fil-ħames post b’21 punt.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Logħob għal-lum 18:00 GRUPP Ċ Honduras – Urugwaj  (live streaming tvm.com.mt/sport) 18:00 GRUPP D Qatar – Ukrajna 20:30 GRUPP Ċ Norveġja – New Zealand 20:30 GRUPP D USA – Niġerja (live streaming tvm.com.mt/sport)…

Futbol internazzjonali

Atalanta u Inter ħadu l-aħħar żewġ postijiet għall-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej filwaqt li Milan baqgħu b’xiber imnieħer. Wara li kmieni waranofsinhar Torino għelbu lil Lazio 3-1, u aktar…

Futbol internazzjonali

Illum wara nofs in-nhar minn Grupp B il-Ġappun għelbu lill-Messiku bl-iskor ta’ 3-0. Taisei Miyashiro fetaħ l-iskor fil-21 minuta biex fit-tieni taqsima l-Ġappun skurjaw darbtejn oħra minn Kyosuke Tagawa fit-52…

Futbol internazzjonali

Charlton ġew promossi għaċ-Championship wara li f’Wembley Stadium llum wara nofs in-nhar fil-play off għall-promozzjoni huma għelbu lil Sunderland bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Sunderland li fetħu l-iskor minn auto goal…

Aktar