Futbol internazzjonali
Serie A: Juventus jiċċelebraw l-iScudetto bi draw kontra l-Atalanta filwaqt li Inter jieħdu skoss kontra n-Napoli

Juventus 1 Atalanta 1

Juventus iċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat fl-Allianz Stadium meta ġew draw kontra l-Atalanta bl-iskor ta’ 1-1. Fl-aħħar logħba f’darhom, Juventus batew xi ftit biex ħadu punt, bl-Atalanta jmorru fil-vantaġġ fit-33 minuta meta Masiello qassam lejn Josip Ilicic li bla diffikultà tefa’ fix-xibka għal 1-0. Fit-tieni taqsima Juventus żiedu xi ftit ir-ritmu u bdew jagħfsu dejjem aktar sakemm fit-80 mintua rnexxilhom iġibu l-iskor indaqs. Kien il-cross ta’ Cuadrado, Mario Mandzukic tefa’ fix-xibka biex għamilhom 1-1. Mat-tieni minuta fuq il-ħin regolamentari Juventus spiċċaw jilagħbu b’għaxra meta Bernardeschi wettaq foul ikrah fuq l-avversarju bir-referee jurih karta ħamra diretta u b’hekk ġie fi tmiemu l-istaġun għal dan il-plejer.

 

Napoli 4 Inter 1

Inter ser ikollhom jistennew sal-aħħar ġurnata tal-kampjonat biex ikunu jafu jekk hux ser jikkompetu fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej wara li marru għand Napoli u fis-San Paolo tilfu bll-iskor ta’ 4-1. Wara kwarta logħba Napoli kienu diġa’ fil-vantaġġ meta Ruiz qassam lejn Piotr Zielinski li ra lill-goalkeeper maqbud barra minn postu u kkonkluda għal 1-0. Mas-siegħa logħob iċ-ċelesti żiedu ieħor, din id-darba kien Callejon li sab lil Dries Mertens li b’daqqa ta’ ras b’saħħitha għamilhom 2-0. Il-logħba kompliet ġiet għat-telgħa għall-Inter meta fil-71 minuta qalgħu gowl ieħor. Kien Malcuit li qassam lejn Fabian Ruiz li b’xutt fil-baxx għamilhom 3-0. Fit-78 minuta Napoli għalqu l-logħba meta Mertens qassam lejn Fabian Ruiz li għat-tieni darba fil-logħba sab ix-xibka u skorja t-tieni wieħed personali għalih u r-raba’ għat-tim tiegħu għal 4-0. L-Inter skurjaw il-gowl tal-bandiera fil-81 minuta meta mill-11-il metru Mauro Icardi ma żbaljax, bir-riżultat finali jkun, Napoli 4 Inter 1.

Illejla tiġi fi tmiemha s-37 ġurnata tas-Serie A meta fit-20:30 Lazio jilagħbu kontra Bologna, fejn bi draw, Bologna jserrħu rashom minn posthom fis-Serie A fl-istaġun li ġej filwaqt li Lazio huma ċerti minn post fl-Europa League wara li f’nofs il-ġimgħa rebħu l-Coppa Italia.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wara t-telfa kerha tat-Tlieta li għadda ta’ Real Madrid fi Franza kontra Paris St Germain bi skor ta’ 3-0, teżisti possibbiltà kbira li ġganti Spanjoli jneħħu lill-kowċ tagħhom Zinedine Zidane….

Futbol internazzjonali

L-ex plejer professjonali Olandiż Kelvin Maynard inqatel b’tiri ta’ arma tan-nar meta żewġ persuni fuq mutur għaddew minn mal-karozza tiegħu sparaw tiri li laqtuh u ħallewh tal-post. Maynard hu ex…

Futbol internazzjonali

Il-President tal-FIFA Gianni Infantino għal darb’oħra reġa’ ħeġġeġ lill-Iran sabiex in-nisa jitħallew jidħol fl-istadiums sabiex isegwu l-futbol. Dan l-appell mingħand Infantino wasal ftit tal-jiem qabel mal-Iran jilqgħu f’darhom lill-Cambodia, u…

Futbol internazzjonali

UEFA EUROPA LEAGUE 2019/20 MATCH DAY 1 – Il-Logħbiet tad-9pm Grupp G FC Porto 2 – 1 Young Boys Rangers – 1 – 0 Feyenoord Grupp H RCD Espanyol 1…

Aktar