Futbol internazzjonali
Serie A: Juventus jieħdu draw f’darhom kontra Atalanta ‘brillanti’

Juventus ħadu punt fi draw ta’ 2-2 f’darhom ilbieraħ filgħaxija kontra Atalanta, tim li lagħab partita ‘brillanti’ u kellu ħafna mil-logħob.

B’dan id-draw, Juventus baqgħu tmien punti f’ras il-klassifika fuq Lazio u disgħa fuq l-istess Atalanta.

Atalanta kienu darbtejn minn fuq bil-gowls li waslu lil Duvan Zapata u Ruslan Malinovskiy.

Juventus ġabu d-draw darbtejn minn żewġ penalties ta’ Cristiano Ronaldo.

Iktar kmieni fil-ġurnata, Roma rebħu għand Brescia bi skor ta’ 3-0 u Lazio tilfu f’darhom kontra Sassuolo bi skor ta’ 2-1.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar