Futbol internazzjonali
Serie A: Juventus jieħdu l-21 rebħa, din id-darba kontra Frosinone

Ilbieraħ filgħaxija bdiet l-24 ġurnata tas-Serie A, bit-tim ta’ Juventus jirbaħ il-21 logħba tiegħu f’dan l-istaġun meta għeleb lill-Frosinone bl-iskor ta’ 3-0. Juventus ma setgħux jippreparaw aħjar għal-logħba ta’ nhar l-Erbgħa li ġej mill-UEFA Champions League barra minn darhom kontra Atlético Madrid u xejnu għal kollox l-isfida ta’ Frosinone b’żewġ gowls fl-ewwel taqsima u ieħor fit-tieni.

Kien Dybala li fetaħ l-iskor għall-Juventus wara biss 6 minuti wara li rċieva mingħand Ronaldo, b’Bonucci jirdoppja mas-17-il minuta biex sal-ewwel taqsima Juventus kienu diġa’ 2-0 minn fuq. Mat-63 minuta Mandzukic għadda l-ballun lejn Cristiano Ronaldo li kkonkluda biex għamilhom 3-0 u minuta wara l-Portugiż kien sostitwit biex Allegri jserrħu għal nhar l-Erbgħa li ġej.

Illum jintlagħbu żewġ logħbiet oħra mis-Serie A:

18:00 Cagliari – Parma

20:30 Atalanta – Milan

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kwalifikazzjoni Kampjonat Euro UEFA 2020 European Qualifiers – Grupp F Malta…………….. 2 Gżejjer Faroe……1 Malta bdiet bl-aħjar mod l-impenji tagħha fil-kampjonat Ewropew 2020 meta f’Ta’ Qali f’logħba mill-iktar eċċitanti għeleb…

Futbol internazzjonali

Illum komplew jintlagħbu aktar logħbiet mill-kwalifikazzjoni għall-Euro 2020 meta minn Grupp A f’Wembley Stadium l-Ingilterra bdew bil-kbir l-impenji tagħhom dan wara li huma għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 5-0.  L-eroj…

Futbol internazzjonali

L-attakkant Brażiljan ta’ Paris St Germain Neymar ġie akkużat mill-UEFA talli insulenta lir-referee wara li t-tim Franċiż safa eliminat mir-round tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League minn Manchester United. Neymar li…

Futbol internazzjonali

Ilbieraħ filgħaxija bdew il-logħbiet tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2020, b’diversi riżultati li wħud minnhom kienu mistennija u oħra waslu b’sorpriża. Mistennija r-rebħiet tal-Olanda, il-Kroazja, il-Polonja u l-Belġju, filwaqt li l-Każakstan…

Aktar