Futbol internazzjonali
Serie A: Juventus jiftħu 2 punti vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika wara rebħa fuq Roma

Roma 1   Juventus 2

Juventus telgħu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika meta l-Ħadd filgħaxija marru fl-Olimpico u għelbu lil Roma bl-iskor ta’ 2-1. Il-bianconeri fetħu żewġ gowls vantaġġ sa tmiem l-ewwel taqsima, l-ewwel permezz ta’ Demiral li appena għaddew tliet minuti skurja mill-cross ta’ Dybala għal 1-0. Id-doċċa kiesħa kompliet għal Roma għaliex fl-10 minuta Veretout żamm avversarju fil-kaxxa u mill-11-il metru Cristiano Ronaldo skorja t-tieni u fetaħ vantaġġ komdu ta’ żewġ gowls.

Roma pruvaw iwettqu xi tip ta’ reazzjoni biss ma kenitx daqstant faċli, imma fit-tieni taqsima żiedu l-pressjoni u fil-65 minuta Dzeko ra x-xutt tiegħu jaħbat mal-lasta. Fit-68 minuta r-referee Marco Guida waqqaf il-logħob għal possibilment handsball fil-kaxxa, u permezz tal-VAR kien deċiż li Roma jingħataw penalty. Diego Perotti mill-11-il metru rnexxilu jitfa’ fix-xibka u għamel l-iskor 2-1, imma dak kellu jkun l-uniku gowl għal Roma f’logħba fejn Juventus irnexxilhom jiftħu żewġ punti vantaġġ fuq l-eqreb avversarji, Inter.

Illejla tintlagħab logħba oħra mis-Serie, meta fid-20:45 Parma jilagħbu kontra Lecce.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Atalanta – PSG Fl-ewwel kwartifinali tal-UEFA Champions League, Atalanta ser jilagħbu kontra PSG f’eliminazzjoni diretta. Il-logħba ser tintlagħab fl-Estadio da Luz, f’Lisbona, il-Portugall. Atalanta deħlin għal dan il-konfront wara erba’…

Futbol internazzjonali

Shakhtar Donetsk tal-Ukrajna u Sevilla ta’ Spanja għamluha għas-semifinali tal-UEFA Europa League ta’ dan l-istaġun meta fil-kwarti tal-finali għelbu lil Basel tal-Iżvizzera u lil Wolves tal-Ingilterra, rispettivament. Shakhtar Donetsk rebħu…

Futbol internazzjonali

Villarreal iffirmaw lill-plejer Ġappuniż Takefusa Kubo b’self mingħand Real Madrid għall-istaġun li ġej. L-aħbar ikkonfermaha l-klabb stess. Kubo, ta’ 19-il sena, kellu wirjiet impressjonanti fil-bidu tal-istaġun li għadda ma’ Real…

Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax…

Aktar