Futbol internazzjonali
Serie A: Juventus jiftħu 4 punti vantaġġ fil-quċċata, jirbħu lil Parma 2-1

Serie A

Juventus 2   Parma 1

Juventus fetħu 4 punti vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika meta fil-posticipo għelbu lil Parma 2-1 b’doppjetta ta’ Cristiano Ronaldo. Il-Portugiż fetaħ l-iskor żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima meta wara li qabeż xi difensuri avversarji, spara xutt li ddevja xi ftit u spiċċa fix-xibka għal 1-0. Fil-55 minuta Parma ngħataw corner u Andreas Cornelius bir-ras tefa’ ġewwa għal 1-1. Parma żammew l-iskor indaqs biss għal 3 minuti għax fit-58 minuta Cristiano Ronaldo reġa’ sab ix-xibka b’xutt b’saħħtu fil-baxx u għamilhom 2-1. Juventus kellhom aktar ċansijiet biex ikabbru l-iskor sa tmiem il-logħba, imma Parma żammew sod biex għallinqas ir-riżultat baqa’ wieħed rispettabbli.

Juventus jinsabu fl-ewwel post tas-Serie A b’51 punt, segwiti minn Inter b’47 punt. Illejla Atalanta jilagħbu kontra Spal fid-20:45.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

SUPER CUP EWROPEA 2020 Bayern Munich….2 Sevilla……………….1 (wara l-ħin barrani) Bayern Munich rebħu s-Super Cup Ewropea meta fil-partita li tnlagħbet f’Budapest, fl-Ungerija, għelbu lil Sevilla bi skor ta’ 2-1, bil-gowl…

UEFA Europa League: 3 Round Floriana…………2 Flora Tallinn…..4 Floriana raw il-ħolma tagħhom li jsiru l-ewwel team Malti li jgħaddi għall-play-offs tal-UEFA Europa League tisfuma meta wara wirja qalbenija li rathom…

Zlatan Ibrahimovic hu l-aħħar vittma li ttesjta pożittiv għall-coronavirus. Ibrahimovic kellu bidu mill-aqwa għal Milan u skurja ż-żewġ gowls kontra Bologna fl-ewwel partita tas-Serie A. F’test li sar fuqu kontra…

Plejer tal-futbol fl-Estonja kiser rekord dinji hekk kif inbidel wara 13-il sekonda biss wara l-kick-off tal-partita. L-inċident seħħ lill-plejer ta’ 16-il sena Lauri Supp tat-tim ta’ Kalju li kienu qed…

Aktar