
Juventus 3 Sassuolo 1
Juventus telgħu fir-raba’ post tal-klassifika b’rebħa fl-Allianz Stadium kontra Sassuolo bl-iskor ta’ 3-1. Sa tmiem l-ewwel taqsima r-riżultat kien għadu 0-0, biss Sassuolo spiċċaw b’għaxar plejers eżatt qabel marru jistrieħu meta tkeċċa Obiang mat-tieni minuta fuq il-ħin regolamentari tal-ewwel taqsima.
Fit-tieni taqsima kienu l-bianconeri li fetħu l-iskor permezz ta’ Danilo meta sab ix-xibka fil-50 minuta. Sassuolo, avolja bi plejer inqas, ġabu l-iskor indaqs fit-58 minuta permezz ta’ Defrel. Aaron Ramsey reġa’ poġġa lil Juventus minn fuq fit-82 minuta u Cristiano Ronaldo għalaq il-logħba bit-tielet gowl mat-tieni minuta fuq il-ħin regolamentari.
Illejla tintlagħab logħba waħda mis-Serie A, meta fid-20:45 Spezia jilagħbu kontra Sampdoria.