Futbol internazzjonali
Serie A: Juventus jirbħu lil Sampdoria u Immobile jiskorja hat-trick għal Lazio

Juventus 2   Sampdoria 0

Gowl f’kull taqsima kienu biżżejjed sabiex Juventus jibdew jiċċelebraw ir-rebħ tad-disa’ kampjonat konsekuttiv u s-36 Scudetto fl-istorja tal-klabb. Kien Cristiano Ronaldo li fetaħ l-iskor eżatt qabel il-mistrieħ u l-bianconeri żiedu ieħor permezz ta’ Bernardeschi mas-67 minuta. Sampdoria spiċċaw jilagħbu b’għaxra fis-77 minuta meta Thorsby dabbar it-tieni karta safra u Ronaldo falla ċ-ċans li jiskorja doppjetta meta minuta mit-tmiem falla penalty.

 

Verona 1   Lazio 5

Il-vantaġġ li kisbu Verona fit-38 minuta tal-ewwel taqsima żammewh biss għal ftit minuti, f’tieni taqsima li jridu jinsew meta spiċċaw tilfu 5-1 kontra Lazio. Kien Amrabat li minn penalty poġġa lil Verona minn fuq, imma fuq in-naħa l-oħra, minn penalty ieħor, Immobile għamel l-iskor indaqs qabel il-mistrieħ. Lazio dawru l-logħba fit-tieni taqsima, meta Milinkovic-Savic għamilhom 2-1 fis-56 minuta u Correa skorja t-tielet fit-63 minuta. Immobile għamel doppjetta fl-84 minuta u saħansitra għaqqad il-hat-trick mar-raba’ minuta fuq il-ħin regolamentari meta mill-11-il metru skorja t-tielet penalty tal-logħba.

 

Roma 2   Fiorentina 1

Żewġ penalties ta’ Veretout kienu biżżejjed sabiex Roma fl-Olimpico għelbu lil Fiorentina 2-1. Il-penalties kienu skurjati fil-45 u fis-87 minuta, bi Fiorentina għamlu l-iskor indaqs fl-54 minuta b’gowl ta’ Milenkovic.

 

F’logħbiet oħra:

Bologna  3-2  Lecce

Cagliari  0-1  Udinese

Spal  1-1  Torino

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho ftiehem ma’ Manchester United dwar il-paga li ser jaqla’ f’Old Trafford. Iż-żagħżugħ t’20 sena għamilha ċara ma’ Dortmund li jixtieq jirritorna l-Ingilterra matul dan…

Futbol internazzjonali

Wara tant stennija, u wara li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa twasslu għat-tmiem tagħhom ħafna iktar tard mis-soltu, din il-ġimgħa sa fl-aħħar jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-clubs li kien ilhom sospiżi minn…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Football, il-FIFA, iddeskriviet id-deċiżjoni tal-awtoritarjiet Żvizzeri li jiftħu proċeduri kriminali kontra l-President Gianni Infantino bħala assurda. Il-każ huwa dwar laqgħat li Infantino kellu mal-Avukat Ġenerali Żvizzeru Michael Lauber….

Aktar