Futbol internazzjonali
Serie A: Juventus jirbħu lill-Chievo u jerġgħu jiftħu 9 punti vantaġġ fil-quċċata

Fil-logħba li biha ngħalqet l-20 ġurnata tas-Serie A fl-Italja, Juventus ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0, biex b’hekk s’issa huma rebħu 18-il logħba u ġew dro tnejn f’dan l-istaġun. It-tim t’Allegri ma tantx dam biex sab ix-xibka għaliex mat-13-il minuta Douglas Costa poġġa lill-Juventus minn fuq. Emre Can irnexxielu jsib ix-xibka eżatt qabel il-mistrieħ, biss Juventus naqsu milli jagħmluhom tlieta fit-53 minuta meta Cristiano Ronaldo falla penalty.

Kien Rugani li fl-84 minuta skorja t-tielet għall-Juventus u b’hekk għalaq il-logħba bl-iskor ta’ 3-0, biex b’hekk Juventus reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 9 punti fil-quċċata tal-klassifika, meta issa għandhom 56 punt, b’Napoli warajhom b’47 punt. B’din it-telfa, Chievo baqgħu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika bi 8 punti, biss huma bdew l-istaġun bi tliet punti mnaqqsa li kellhom jirkuprawhom.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

GRUPP B Paragwaj 2 Qatar 2 Il-Qatar kellhom jiġu minn żewġ gowls minn taħt biex ħadu punt kontra l-Paragwaj fl-ewwel logħba minn Grupp B. Il-Paragwaj fetħu l-iskor kmieni fil-logħba, meta…

Futbol internazzjonali

L-Internazzjoanli Franċiż Paul Pogba ħasad lil kulħadd dalgħodu hekk kif ħarġet intervista li fiha hu qal li jixtieq esperejnza ġdida fil-karriera tiegħu fejn ta’ x’wieħed jifhem li mhux se jkompli…

Futbol internazzjonali

Wara ġimgħat u jiem ta’ spekulazzjoni l-aħbar li Maurizio Sarri se jitlaq lil Chelsea sabiex imexxi lil Juventus kienet ikkonfermata mill-Club ta’ Londra stess. Sarri kien iffirma kuntratt ta’ tliet…

Futbol internazzjonali

FINALI TAZZA TAD-DINJA U20 Ukrajna………..3 Korea t’Isfel….1 L-Ukrajna huma r-rebbieħa tat-Tazza tad-Dinja ta’ taħt l-20 sena meta fil-finali li ntlagħbet fi Stadio Mijeski huma għelbu lill-Korea t’Isfel bl-iskor ta’ 3-1….

Aktar